50 sena nazzjon - 50 KISBA GĦALIK - permezz tal-Partit - TopicsExpress



          

50 sena nazzjon - 50 KISBA GĦALIK - permezz tal-Partit Nazzjonalista. 5. Triq ta ġid lejn l-Ewropa sa mill-ewwel snin tas-sovranità L-Erbgħa, 6 tAwwissu, 2014 Sitt snin wara l-Indipendenza, Malta assoċjat ruħha mal-Unjoni Ewropea, dak iż-żmien imsejħa s-Suq Komuni, imwaqqaf 13-il sena qabel. It-Trattat ta Assoċjazzjoni ta diversi vantaġġi lil Malta fil-kummerċ mal-Ewropa u l-għan aħħari tiegħu kien li Malta tissieħeb fl-għaqda Ewropea. Fl-2000, bdew in-negozjati għas-sħubija mal-Unjoni wara għadd ta snin li fihom Malta biddlet l-ekonomija tagħha fwaħda libera u miftuħa. Fin-negozjati, Malta għamlet kisbiet importanti fosthom ir-rikonoxximent tal-Malti bħala lingwa Ewropea; l-ebda VAT fuq prodotti essenzjali; għajnuniet għall-biedja u s-sajd; Għawdex bil-vantaġġi ta reġjun; u derogi u żminijiet ta tranżizzjoni qabel iseħħu ċerti bidliet. Kisba ewlenija kienet il-fondi Ewropej ta qabel is-sħubija biex Malta timmodernizza ruħha sakemm tissieħeb.
Posted on: Wed, 06 Aug 2014 12:41:21 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015