AVVIŻI 18-26 ta’ Awwissu 2013 It-Tnejn 19 ta’ Awwissu: - TopicsExpress



          

AVVIŻI 18-26 ta’ Awwissu 2013 It-Tnejn 19 ta’ Awwissu: Nagħtu bidu għall-ġimgħa tal-festa. Jum it-tfal - Fis-6.30pm quddiesa bis-sehem tat-tfal. Iqaddes Fr. Mario Dimech u janimaw il-kor Angelic Voices. It-tfal mistednin biex waqt il-quddies joffru xi prodotti ta’ preserves għall-familji fil-bżonn. Wara l-quddiesa t-tfal jingħataw ġelat fuq iz-zuntier. It-Tlieta 20 ta’ Awwissu: Jum l-għaqdiet. Fis-6.30pm quddiesa bis-sehem tal-membri kollha ta’ l-għaqdiet diversi tal-parroċċa. Iqaddes il-kappillan Fr. Malcolm Agius u janima l-kor tal-Grupp Kariżmatiku tal-paroċċa. L-Erbgħa 21 ta’ Awwissu: Jum il-Familja. Festa Liturġika ta’ San Piju X. Wara l-quddiesa tat-8.30am tibda ġurnata ta’ adorazzjoni fil-Knisja Parrokkjali li tintemm fis-6.15pm bil-Barka Sagramentali. Il-Kappella tal-Adorazzjoni ma tiftaħx. Inħeġġukom tinkitbu għal xi nofs siegħa ta’ adorazzjoni matul il-ġurnata. Fis-6.30pm quddiesa bis-sehem tal-koppji li qed jiċċelebraw anniversarju speċjali taż-żwieġ tagħhom. Iqaddes Fr. Paul Galea u janimaw il-kor FAITH. Il-Ħamis 22 ta’ Awwissu: Adorazzjoni wara l-quddiesa tat-8.30am. Jum il-Pastorali u l-liturġija. Fis-6.30pm quddiesa bis-sehem tal-membri tal-KPP, KEP u KLP u mistiedna dawk kollha li jagħtu sehemhom fiċ-celebrazzjoni tal-liturġija. Iqaddes Fr. David Farrugia u jkantaw il-kor taż-żgħażagħ tal-Junior College. Il-Ġimgħa 23 ta’ Awwissu: Jum iż-Żgħażagħ – Quddiesa fis-7.30pm fi Pjazza 7 ta’ Lulju bis-sehem taż-żgħażagħ tal-parroċċa. Iqaddes Fr. Daniel Galea u janimaw il-kor tal-Grupp taż-żgħażagħ SAY. Wara l-quddiesa jkun hemm spettaklu ta’ divertiment organizzat mill-istess grupp taż-żgħażagħ fil-pjazza. Kulħadd mistieden u mħeġġeġ li jattendi. Is-Sibt 24 ta’ Awwissu: Lejliet il-Festa – Ikun hawn quddies fis-6.45am u t-8.30am. Fis-6.30pm quddiesa bl-ewwel għasar mil-liturġija ta’ San Piju X. Iqaddes Fr. Adrian Caruana Colombo u janimaw il-kor tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesu’ tal-parroċċa. Wara l-quddiesa ssir il-Lejla Sajfija fil-Car park tal-knisja bi spettaklu għal gosti ta’ kulħadd. Ikun hemm stands ta’ l-ikel, tombla u attrazjonijiet ġodda għat-tfal. Jekk għad hemm xi persuni li jixtiequ jagħtu l-għajnuna tagħhom għandhom ikellmuni immedjatament. Il-Ħadd 25 ta’ Awwissu: Jum il-Festa ta’ San Piju X. Il-ħinijiet tal-quddies ikun bħal tal-Ħadd. Il-quddiesa tad-9.00am tkun bis-sehem ta’ l-anzjani u l-morda tal-parroċċa. Janimaw il-Kummissjoni Djakonija . Iqaddes Fr. Adrian Cassar Pulis mill-Caritas.Fil-quddiesa jiġi amministrat is-sagrament tal-Griżma tal-morda. Din il-quddiesa ser tixxandar diretta fuq TVM2. Fis-6.30pm Quddiesa Kantata u Konċelebrata bit-talb tat-tieni għasar ta’ San Piju X immexxija mis-saċerdot novell Josef Pace ofm. Conv. li huwa mill-parroċċa tagħna. Mistednin il-membri tal-Kunsill Lokali u l-għaqdiet soċjali u ċivili. It-Tnejn 26 ta’ Awwissu nagħlqu ċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa b’ġurnata Għawdex flimkien. Prezz €20 li jinkludi transport f’Malta u Għawdex barra il-vapur, l-ikla ta’ nofsinhar, żjara fil-muzew marittimu u quddiesa fin-Nadur u dawra bil-ferrovija madwar Għawdex. Wara nofsinhar ikollna ħin għall-baħar. Prezz tat-tfal €12. Nitilqu fis-7.00am u niġu lura fit-8.00pm. Fuq wara tal-knisja hemm il-qfief fejn tistgħu tpoġġu xi prodotti ta’ preserves jew ikel ieħor għall-familji fil-bżonn tal-parroċċa. Tkun ħaġa sabiħa li niftakru f’dawn il-familji fi-ġranet tal-festa fejn qed nenfasizzaw ukoll it-tema tal-karita’ marbuta mal-ħajja ta’ San Piju X.
Posted on: Sun, 18 Aug 2013 10:04:44 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015