Avviżi mill-24 sat-30 ta’ Ġunju 2013 Il-Ħamis 27 ta’ - TopicsExpress



          

Avviżi mill-24 sat-30 ta’ Ġunju 2013 Il-Ħamis 27 ta’ Ġunju: Adorazzjoni wara l-quddiesa tat-8.30am. Il-Ġimgħa 28 ta’ Ġunju: Il-Kappella tal-Adorazzjoni tkun miftuħa wkoll bejn it-8.00pm u d-9.00pm Il-Ħadd 30 ta’ Ġunju: Fiċ-Ċentru Parrokkjali jkun hawn attivita’ soċjali mis-2.00pm ‘l quddiem. Avviżi Oħra Ninfurmaw lill-ġenituri tat-tfal li għamlu l-Ewwel Tqarbina li r-ritratti huma lesti. Dawk il-ġenituri li jixtiequ jordnaw il-kopji tagħhom jistgħu jidħlu fil-website tufigno jew iżuru l-ħanut fil-Belt valletta. L-ordni tar-ritratti tista’ ssir BISS mill-ġenituri tat-tfal. Ser jiġi organizzat awards night mill-Football Nurssery ta’ Santa Luċija. Dawk li huma nteressati jiktbu lit-tfal tagħhom fin-nursery jistgħu jattendu għal din l-attivita’ li ser issir fil-Vittoriosa lawn Tennis Club Kordin is-Sibt 29 ta’ Ġunju fis-7.30pm jew javviċinaw lil xi ħadd mill-istess Nursery. Infakkru fiż-żewġ inizjattivi li se isiru fil-parroċċa matul ix-xhur tas-sajf: SAJFLIMKIEN għat-tfal u Adotta nannu/a għal adoloxxenti u żgħażagħ ‘l fuq minn 12 -il sena. Informazzjoni dwar dawn iż-żewġ attivitajiet fin-noticeboard u l-website, kif ukoll facebook page Parrocca Santa Lucija. Tistgħu tiġbru karta minn ħdejn il-bieb ta’ barra. Nerġa’ nfakkar biex nuru rispett lejn dan il-post u lejn xulxin billi nkunu liebsin b’mod xieraq matul il-ġranet tas-sajf. Nitolbu wkoll il-kooperazzjoni tagħkom biex ħadd ma jitfi jew jixgħel il-fannijiet ħlief mis-sagristija qabel u wara l-quddiesa. Bdilna 6 fannijiet fuq in-naħa ta’ quddiem tal-knisja u fuq l-altar bi spiża ta’ €440. Aktar ‘il quddiem inkomplu nagħmlu l-bidliet meħtieġa biex nakkomodaw kemm nistgħu partijiet mill-knisja, spiża li stmata li tqum madwar €2000.
Posted on: Sun, 23 Jun 2013 18:16:09 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015