Dalghodu binti Ema, li ghandha sitt snin, kienet qed tara Mickey - TopicsExpress



          

Dalghodu binti Ema, li ghandha sitt snin, kienet qed tara Mickey Mouse Clubhouse u jien kont fejnha nipprepara xi xoghol ghall-gimgha d-diehla. Hin minnhom qaltli: Ma jafx xinhu recycling! Hsibtha saqsietni xi tfisser il-kelma recycling u ghidtilha: Recycling huwa meta tuza xi haga u mbaghad flok tarmiha terga tuzaha. Qaltli bton ta min kwazi ha ghalih: Jien naf xinhu recycling PA! Goofy ma jafx! Wara li ssorprendejt ruhi pozittivament li Ema ga taf xi jfisser recycling, indunajt dak il-hin li l-episodju ta Mickey Mouse kien dwar ir-reciklagg tal-oggetti. Mela skont Goofy xinhu recycling? Ghidt ha nara biex se tohrog ... Qaltli serja serja: Ghal Goofy recycling ifisser li terga tmur iddur dawra bil-bicycle ... re- cycle! Ma stajtx nieqaf nidhak!
Posted on: Sun, 08 Jun 2014 05:33:37 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015