Dalwaqt juzaw il-knejjes ghall-kummerc u biex jaghmlu qligh - TopicsExpress



          

Dalwaqt juzaw il-knejjes ghall-kummerc u biex jaghmlu qligh minnhom. It-Tlieta, 13 t’Awissu, 2013 @ 3.00pm Ghaziza mahbuba binti, kemm ser ihossuhom imdejqa l-Kattolici u l-Kristjani, madwar id-dinja kollha, meta jaraw kif il-knejjes taghhom u l-postijiet ta’ qima ser jinbidlu f’postijiet ta’ divertiment. Ser jittellghu hafna grajjiet fil-knejjes, li suppost ser jaghtu gih Lili, izda li minflok ser jinsultawni. Dalwaqt juzaw il-knejjes bhala postijiet fejn isir il-kummerc u li minnhom jaghmlu l-qligh. Dawn il-hwejjeg kollha ser isehhu u dawk li jhobbuni, ser jibku bid-dieqa. Kemm ser isofru dawn l-imsejkna erwieh, huma u jitqabdu ma dan id-dagha. L-erezijiet li jigu mdeffsin fi grizmejhom ifissru li ftit ser jintwera rispett lejn dawn l-erwieh waqt il-prattici u c-ceremonji, li jinsultaw lil Alla. Ser ikun hemm kant, dahk, ilhna jghajtu u ser jigu recitati hrejjef, li m’ghandhom xejn x’jaqsmu Mieghi. Dawn l-atti vili ser jitwettqu fil-Knejjes Tieghi u Quddiemi. Binti ghati kas tal-Weghda Tieghi. Jiena ser immur sat-truf kollha ta’ l-Art biex insalva midneb wiehed. Izda tant ser ikunu nfestati l-erwieh, illi naghmel x’naghmel ghalihom, huma qatt m’hu ser jaccettaw il-Hniena Tieghi, sahansitra waqt il-mewt, ghalkemm ikunu jafu li l-Infern qed jistennihom. Ghalhekk ikollkom taccettaw li ser ikun hemm erwieh li jintilfuli, ghax il-hazen taghhom huwa tant fil-fond f’ruhhom, illi l-ebda intervent ma jisseparhom mill-bestja. Li rrid nghidilkom huwa dan. Thallux lil dawk li huma nfestati mill-wiehed tal-hazen li jehodkom minn Ghandi, bil-gideb. Meta taccettaw il-gideb, iddettati lilkom minn dawk li ma jgibulix rispett, ghax inkella tonqsilkom il-fidi – anke jekk ikun f’haga wahda, f’aspett wiehed li ghandu x’jaqsam mat-Taghlim Tieghi. Jekk tintrehew ghal talba wahda li tkun giet mahluqa biex tbiddel dak li Jien inkun ghidtilkom, dan ikun ifisser li tkunu qed thallu l-wiehed tal-hazen jittantakom izjed bis-sahha, biex ibeghdkom Minni. Soddu widnejkom b’idejkom meta johrog id-dagha minn halq il-bestja. Taccettaw xejn, xejn li bih tichdu s-Sagramenti Tieghi jew it-Taghlim Tieghi. Duru n-naha l-ohra u imxu warajja, ghax meta dan kollu jigri, jibqa’ biss triq wahda li fiha tistghu timxu. Din hija t-Triq Tieghi – it-Triq tal-Verita’. Il-Verita’ trid tkun shiha biex tkun accettabbli. Nofs verita tfisser li ssir gidba. Gesu’ Taghkom.
Posted on: Thu, 22 Aug 2013 02:09:22 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015