EBDA ITTRA TAL-FKNK MA SSIKKITNA Qed nippublikaw ittra - TopicsExpress



          

EBDA ITTRA TAL-FKNK MA SSIKKITNA Qed nippublikaw ittra elettronika li ntbgħatet, għal xi raġuni, lis-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittivita u t-Tkabbir Ekonomiku Jose Herrera, lill-Kunsill Lokali ta ĦAttard, lid-Dipartiment tal-Gvern Lokali u lill-Assoċjazjoni tal-Kunsilli Lokali mill-Kap Eżekuttiv tal-Federazzjoni Kaccaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK). Fdin l-ittra l-FKNK jitolbu li jittieħdu passi kontrina, iġifieri kontra l-Viċi Sindku Marco Spiteri u l-Kunsillier Ralph Cassar ta kummenti li għamilna fuq il-paġna tal-facebook Attard Local Council (https://facebook/groups/63567025433/). Il-kummenti saru fis-17 ta Jannar 2015 u fihom ninformaw lir-residenti li se nivvotaw LE ghall-kaċċa fir-rebbiegħa u ghaliex ghandna din l-opinjoni. Il-kummenti huma dawn: Marco Spiteri January 17 at 2:41pm Referendum Kacca fir-rebbiegha: Jien se nivvota skond kif tghidli il-kuxjenza...se nivvota favur il-hajja, favur l-ambjent sostenibli...favur li kullhadd igawdi l-ghasafar u l-kampanja taghna...jien se nivvota LE!!!! Ralph Cassar January 17 at 7:33pm REFERENDUM KAĊĊA FIR-REBBIEGĦA Jien ningħaqad ma Marco Spiteri u bħalu se nagħmel kumment irresponsabbli (kif hemm min qal!) u ninforma lir-residenti ta ĦAttard li jiena wieħed mill-kunsilliera u kandidati li se nivvota favur in-natura li fir-rebbiegħa tkun fl-aqwa tagħha, favur il-kampanja u l-bijodiversita u għaldaqstant u bkonsistenza mal-fehmiet tiegħi se nivvota u nikkampanja għal vot ta LE għall-kaċċa fir-rebbiegħa. Jidhrilna li: 1. Il-kunsilliera, bħal kulħadd għandhom id-dritt imma wkoll id-dmir li jesprimu l-opinjoni tagħhom fuq kwalunkwe suggett ta policy. 2. Il-ftit kampanja li baqa madwar ĦAttard ikunu aħjar jekk tinqata l-prattika insostenibbli tal-kaċċa fir-rebbiegħa u għalhekk li ninformaw lir-residenti bil-ħsibijiet tagħna anke fuq dan is-suġġett. 3. L-asserzjoni tal-FKNK dwar possibbli illegalita tal-kummenti tagħna li kull ma jagħmlu bmod seren jesprimu opinjoni huma redikoli. 4. L-asserzjoni tal-FKNK li kummenti li ma jaqblux mal-veduti tagħhom espressi fuq il-paġna tal-facebook Attard Local Council imorru kontra xi etika hija wkoll redikola u banali. 5. Aħna, Marco Spiteri u Ralph Cassar, bħal ħafna persuni, kunsilliera u politici oħra naqblu fuq xi affarijiet u fuq oħrajn ma naqblux, u ġieli esprimejna opinjonijiet kuntrastanti, bdanakollu ħadd minna ma jipprova jagħlaq ħalq ħadd bħal ma tippretendi l-FKNK. Fl-aħħar mill-aħħar jidhrilna li l-unika ħaġa li se ssir illegali wara l-11 ta April 2015, bħal fil-bqija tal-pajjiżi tal-UE li għandhom għal qalbhom il-konservazzjoni u l-protezzjoni tan-natura, hija l-kaċċa fir-rebbiegha. Forsi l-FKNK imdorrijin tul is-snin li tgħaddi tagħhom u li jheddu lil politiċi differenti bil-voti. Aħna nistghu nitkellmu għalina biss: l-ebda ittra tal-FKNK mhi se twaqqafna milli nitkellmu fuq liema suġġett irridu u fil-fora li jidhrilna ahna. Ralph Cassar - Kunsillier, ĦAttard cassarralph@gmail Marco Spiteri - Viċi-Sindku, ĦAttard mk.spiteri@gmail From: Herrera Jose at MEIB Sent: 21 January 2015 23:48 To: [email protected] Cc: Attard Local Council at DLG; [email protected]; Joseph Perici Calascione; Info at DLG Subject: Re: Unethical Use of Attard Local Council Facebook Page Noted Sent from my iPad On 21 Jan 2015, at 21:13, [email protected] wrote: For the attention of Mayor Stefan Cordina Dear Sir, We refer to above captioned subject matter and on behalf of the Federation for Hunting & Conservation – Malta (FKNK) we have to lodge a strong protest with regards the relative postings/comments which can be found on hereunder link: https://facebook/groups/63567025433/?fref=ts We are aware that any person in his personal capacity can have and voice his opinion with regards the upcoming 11 April referendum, however, we believe that the Attard Local Council Vice-Mayor, Marco Spiteri, and Councillor, Ralph Cassar, have acted unethically, if not also illegally, when they posted/commented with regards the referendum on the Attard Council official Facebook Page. Hopefully, you can resolve this situation at your earliest. Thank you for your attention. Yours sincerely, Lino Farrugia CEO
Posted on: Sat, 24 Jan 2015 09:43:09 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015