Fenomenu iehor ikrah ta’ dari li llum spicca (almenu f’pajjizi - TopicsExpress



          

Fenomenu iehor ikrah ta’ dari li llum spicca (almenu f’pajjizi zviluppati) hija l-mewt taz-zghar. Il-mortalità fost it-trabi, tfal u zghazagh kienet xi haga terribli (u wahda mir-ragunijiet ghaliex kellhom bzonn familji kbar). Kull familja rjali, nobbli jew fqira, kellha mdendla fuqha t-theddida reali li jmitilha hesrem xi membru, partikularment iz-zghar. Ghax qabel l-iskoperta ta’ l-antibijotici fis-seklu 20, it-tabib ftit li xejn kellu x’joffri ghajr xi kimici ineffettivi u hafna simpatija. U minghajr dieta tajba (illum nistghu nieklu varjetà tremenda ta’ ikel, inkluz frott tropikali s-sena kollha) u igjene u kura, hafna kienu jkunu digà bla snien u xjuh kif jiksru l-erbghin.
Posted on: Wed, 11 Sep 2013 11:11:22 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015