Gnocchi biz-zalza tal-faqqiegħ...ir-riċetta tal-programm - TopicsExpress



          

Gnocchi biz-zalza tal-faqqiegħ...ir-riċetta tal-programm tal-llum (05-11-14) Għall-gnocchi 150g dqiq plain 250ml ħalib 80g butir Ftit trab tan-noċemuskata 3 bajdiet Ftit melħ Madwar 20g ġobon maħkuk Għas-sauce tal-faqqiegħ 2 sinniet tewm Madwar 150g faqqiegħ Mgħarfa browning Mgħarfa cornflour Madwar 50ml inbid Madwar 150ml krema (jiddependi kemm trid li s-sauce jiġi maqgħud) Bżar u melħ Aktar ġobon maħkuk għall-wiċċ Metodu Ibda bis-sauce. Sajjar it-tewm fil-butir u żid il-faqqiegħ imqatta’. Żid l-inbid mħallat mal-cornflour u l-Bisto. Ferrex u wara żid il-krema. Irregola l-konsistenza skond il-gosti. Għall-gnocchi poġġi fuq in-nar il-ħalib mal-butir bżar u melħ, noċemuskata u ħalli t-taħlita tiftah tagħli. Żid id-dqiq u ħawwad sakemm taqgħad. Kessaħ ftit u wara żid il-bajda waħda waħda u wara l-ġobon. Ħawwad wara kull bajda sakemm ikollok għaġina ratba. Lesti borma bi ftit melħ. Poġġi din it-taħlita ġo piping bag mingħajr nozzle. Għafas it-taħlita u kif toħroġ ftit aqta’ biċċa biċċa bis-sikkina filwaqt li t-taħlita tinżel fil-misħun. Sajjar għal ftit sekondi u tella’ bl-ixkumatur. Ħallat is-sauce, ferrex ftit ġobon u poġġi taħt il-grilja għal ftit minuti sakemm jiħmar.
Posted on: Wed, 05 Nov 2014 20:50:32 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015