Grajjiet minn hajti. Lukanda londra Darba jien u habib - TopicsExpress



          

Grajjiet minn hajti. Lukanda londra Darba jien u habib tieghi ftehmna li insiefru londra. Kif hrigna minn victoria station qbadna taxi tal-ewwel minn ringiela twila ta’ xi erbghin. Irkibna bil-bagalji u kif konna gewwa tajtu l-isem tat-triq u l-lukanda. Kif saq beda sejjer “incredible” incredible”. Jien staqsejtu jekk hemmx xi problema. Qalli stajtu imxejtuha milli qlajtuni mill-venda. Imsomma veru giex kantunieri il-boghod konna. Min jaf kemm kien ilu biex ikun imissu l-ewwel biex il-meter gie xi zewg sterlini. Dhalna fil-lukanda budget u hrigna. L-ghada fil-ghodu morna ghal breakfast. Isajjar kien hemm wiehed iswed jaqli l-bajd, zalzett u bacon kif ukoll toast bl’ordni kemm irridu. Dan speci ha pjacir bina staqsina minn fejn ahna waqt li ahna nordnaw u nieklu. F’xi hin lil habib ghidtlu x’qal tat-taxi u dan gibed wahda bil-madonna qalli ahjar ghalih u jien sikkittu. Dan l-iswed beda jistaqsina x’irridu aktar u jirrepeti “haqq u jsemmi l-madonna” wahda wara l-ohra u jitbissem. Veru kien hemm biss xi erbgha inglizi ohra imma mhux sewwa. Kien speci qed ikanta ghalih. Ahna issummajna ftit u jien ghidt lil habib li se nghidlu xi tfisser halli jieqaf. Kif ghidtlu li kien qed jidghaj iggennen tghidx xaghmel jirrabja, issabbat jghid li huwa nisrani u qatt ma dagha f’hajtu. Imsomma daqshekk bajd u zalzett ma ofrilnix aktar anzi jhares bl-ikrah lejna. Imsomma ghidna ahjar immorru u tlaqna. Fil-fatt wara gurnata tlaqna amsterdam bil-hover craft u kif gejna lura sibna lukanda ohra minhabba f’hekk. Kif gejna lura ma qbadnix taxi u minflok morna bil-mixi lukanda ohra vicin. Kif dhalna tawna kamra xi tlett sulari fuq. Kif tlajna bil-bagalji nifisna maqtuh flejna l-kamra. Ma kinietx hazina imma l-habib ghidtlu mhux ahjar kellna xi kamra isfel milli nitghelu dan it-tarag kollu? Qalli halli immur nistaqsi ghandhomx xi ohra. Wara ftit gie b’cavetta u qalli biex ninzlu isfel. Tawna kamra xi sular taht l-art. Qalli jekk ma toghgbokx mur irranga inti issa. Din il-kamra kien fiha, zewg sodod, tieqa b’shaft ghal fuq u tv. Faccata tas-sodod kien hemm speci ta’ kaxxa. Jien hsibta xi fridge imma kif ftaht il-bieba kienet shower bla saqaf. Ftehmna li norqdu u min iqum l-ewwel jiehu shower bil-lest halli nohorgu. Fis-7pm qomt u rajt il-habib ghadu rieqed wiccu l-fuq u mort biex niehu shower. Kif dhalt f’din is-shower qiesa fridge bdiet ticcaqlaq bija donna kienet fuq xi shock absorbers jew molol. Rajt kif naghmel biex inzomm il-balance. F’qalbi ghidt ahjar bqajna fuq imma jien wicci ma jaghtinix aktar inhobb nitfa xi lixka biex imur haddiehor. Imsomma qbadt ix-shampoo u tfajt fuq xaghari. Qbadt id-doxxa u kif ftaht il-vit tant giet pressa li tisma bhal jeeeee. Qatt ma rajt pressa kbira hekk tkanta. Ghollejt id-doxxa u ippuntajta bi dritt ma’ rasi. Irrid nghid li peress li kif dhalt b’targa f’din qiesa fridge rasi harget minn fuq. Wara ftit bdejt bhal nisma xi haga u kif harist lura bhal gejt ipnotizzat billi rajt. Rajt il-habib tieghi imxarrab bhal fellus jaghti kemm jiflah b’idejh u saqajh jilqgha l-ilma u jkanta kant fahxi. Nahseb domt sitt sekonda biex mohhi irregistra x’inhu jigri b’ilma ghadu sejjer dritt fuqu. Li gara kien li bil-pressa l-ilma tant hareg b’sahhtu li baqgha sejjer dritt fuqu. Is-sodda swimming pool giet. Dam biex ikkalma u baqgha jghid li ghamiltlu hekk apposta meta fil-fatt ma kienitx. Biex fqajtu aktar ghidtlu “mhux int bdilt il-kamra!”.
Posted on: Mon, 04 Nov 2013 20:13:18 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015