Hawn hija: Homemade bread (fejn biex tippreparaha m’għandhekx - TopicsExpress



          

Hawn hija: Homemade bread (fejn biex tippreparaha m’għandhekx bżonn tuża mixer iżda mgħarfa biss) 800g dqiq plain Mgħarfa melħ Mgħarfa u nofs ħmira Madwar 600ml ilma fietel jew xi ftit aktar Metodu Aktar faċli minn hekk ma tistax tkun. Ibda billi tgħarbel id-dqiq, żid il-melħ, ħmira u biżżejjed ilma fietel sakemm tifforma għaġina ftit twaħħal biss mhux iżżejjed. M’hemmx għalfejn tħaddimha, kemm iġġib l-ingredienti kollha flimkien u tara li ġiet għaġina. Kull ma trid tagħmel minn hawn huwa li tħalliha ġol-bowl ta’ fejn iffurmajtha, għatti u poġġiha fil-ġenb għal sagħtejn. Wara li jgħaddu dawk is-sagħtejn poġġi l-għaġina fil-friġġ u tista’ tħalliha hemmhekk sa jumejn. Inkella tista’ anke tieħu daqs ponn mdaqqas minnha u tuża lilha biss. Lesti reċipjent ċatt u iksih sewwa biż-żejt u l-ismid. Poġġi jew l-għaġina kollha jew inkella aqsamha u poġġihom ftit il-bogħod minn xulxin, ma jimpurtax jekk jeħlu ma xulxin meta jgħaddi l-ħin. Tajjeb li ngħid li l-għaġina se tkun twaħħal ħafna hekk kif toħroġha mill-friġġ u allura se teħel ma jdejk..pero’ normali. Uża bħal xi scraper biex ma taħlix minnha u tużaha kollha. Importanti li tidlek sewwa r-reċipjent biż-żejt u wara bl-ismid. Ħalliha toqgħod għal madwar siegħa. Importanti li daqs kwarta qabel tibda tipprepara l-forn billi ssaħħnu bl-għola temperatura li għandhek fil-forn. Jekk trid idlek il-ħobża b’egg wash (bajda mħabbta ma mgħarfa ilma) u ferrex ftit ġunġlien. Infakrek li l-ġunġlien ma jeħilx jekk ma tagħmilx l-egg wash. Daħħal l-ħobża fil-forn u għalaq immedjatament biex ma tniżżilx it-temperatura. Normalment l-ewwel 20 minuta ħalli l-forn b’dik it-temperatura massima imbagħad niżżel it-temperatura għal madwar 150c għal madwar 10 minuti oħra biex ma tkomplix titbaskat. Biss wara l-20 minuta iftaħ il-forn biex tiċċekja l-kulur tal-ħobża u jekk tara li għada bajdanija ħalli t-temperatura għolja. Din għandha tiġix ħobża għolja, tqarmeċ minn barra u ratba minn ġewwa. Kif se sserviha u tikolha nħalli f’idejk!
Posted on: Thu, 11 Sep 2014 16:44:33 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015