IL-ĠIMGĦA 19 TA’ LULJU: It-Tielet Jum tat-Tridu: Jum iddedikat - TopicsExpress



          

IL-ĠIMGĦA 19 TA’ LULJU: It-Tielet Jum tat-Tridu: Jum iddedikat għas-saċerdoti u reliġjużi 08:00 Ħruq ta’murtali u murtaletti 12:00 Ħruq ta’ murtali u murtaletti 18:30 Dun Eddie Muscat iqaddes il-quddiesa tat-Tielet Jum tat-Tridu li għaliha jkunu mistednin b’mod speċjali s-saċerdoti u r-reliġjużi minn din il-Parroċċa. Il-prietka ssir minn Dun David Gauci. Wara kurunella, Innu tal-Martri, Antifona, Barka Sagramentali u Innu Popolari. 20.30 Is-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan tibda l-marċ tant mistenni tal-aħħar tridu li jgħaddi mit-toroq San Bastjan, Armier, Spiteri Fremond, Ġnien, Fontanier, Misraħ Narbona, De La Cruz, Sienja, 20 ta’ Jannar, Ġorġ Borg, Triq Santa Marija, San Benedittu, San Ġużepp, Kunċizzjoni, Correa, Mifsud Ellul, il-Kbira sa tarf Triq San Sebastjan fejn għall-ħabta ta’ 22:30 Tibda dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ San Sebastjan Rebbieħ fost daqq ta’ marċi popolari u briju spettakolari mill-partitarji Bastjaniżi. 21:30 Ħruq ta’ sferi, blalen, beraq kulurit, bukketti, murtali tal-kulur u kaxxa tal- kulur. 00:30 Tlugħ tal-istatwa ta’ San Sebastjan Rebbieħ fuq il-pedestal tagħha quddiem il-Każin tas-Soċjetà Filarmonika Pinto u wara jsir feature fuq is-suċċessi tal-Għaqdiet Bastjaniżi tul l-aħħar sena.
Posted on: Fri, 19 Jul 2013 16:34:07 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015