IS-SIBT 20 TA’ LULJU: Lejlet il-Festa 07.30 Qrar - TopicsExpress



          

IS-SIBT 20 TA’ LULJU: Lejlet il-Festa 07.30 Qrar sad-9.30am 08:30 Quddiesa ta’ ringrazzjament li tispiċċa bil-kant tat-Te Deum minn Dun Karm Camilleri. 09:00 Mal-kant tat-Te Deum tinħaraq kaxxa infernali, murtali u murtaletti. 11:45 Ħruq ta’murtali u murtaletti. 18:30 Translazzjoni solenni bir-relikwa ta’ San Sebastjan Martri, immexxija minn Dun Michael Bugeja, mill-Knisja ż-Żgħira sal-Knisja Parrokkjali. Għasar Solenni u Barka Sagramentali Ħruq ta’salut , kaxxa infernali u settijiet ta’ murtali u murtaletti. 20:30 Marċ mill-Banda Maria Mater Gratiae ta’ Ħaż Żabbar li jitla’ tul it-Triq San Sebastjan sa quddiem il-Każin tas-Soċjetà Filarmonika Pinto fejn l-istess Banda tesegwixxi Programm Mużikali. Wara l-Programm Mużikali jsir marċ li jgħaddi minn Triq San Bartilmew għall-Pjazza Kortil tal-Granmastru. 21:30 Spettaklu pirotekniku li jibda bil-bomba tal-lampjun, sferi u blalen u disinji, logħob varjat ta’ beraq kulurit, bukketti u murtali tal-kulur, murtali bil-blalen u varjazzjoni ta’ blalen kbar, li jispiċċa b’kaxxa tal-kulur u baraxxi. 23:30 Spettaklu tal-logħob tan-nar tal-art mekkanizzat fil-Pjazza tal-Granmastru akkumpanjat minn spettaklu ta’ dawl u mużika.
Posted on: Sat, 20 Jul 2013 14:34:54 +0000

Recently Viewed Topics




© 2015