IT-TLIETA 16 TA’ LULJU: Jum it-Tfal u ż-Żgħażagħ 17:45 - TopicsExpress



          

IT-TLIETA 16 TA’ LULJU: Jum it-Tfal u ż-Żgħażagħ 17:45 Korteo mit-tfal bl-istatwa ta’ San Sebastjan. Jitlaq mill-MUSEUM tas-subien. Matul it-triq isiru waqfiet ta’ riflessjoni quddiem l-istatwi ta’ San Sebastjan u ta’ San Ġorġ u quddiem il-Knisja Parrokkjali. 18:30 Quddiesa għat-tfal minn Dun Marc Andrè Camilleri. 19:15 Quddiesa għaż-żgħażagħ, immexxija minn Dun Josef Mifsud, Kappillan tal-Parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara. Il-quddiesa ssir quddiem il-Knisja ż-Żgħira. Iż-żgħażagħ kollha tal-parroċċa mħeġġa biex jattendu. 20:30 Marċ brijuż mill-Banda Imperial tal-Mellieħa li jibda mit-Triq l-Aħwa Zammit u jgħaddi mit-toroq: Mikiel Anton Vassalli, l-Kanun, Karm Debono, tal-Bajjada,Valletta, ir-Ragħaj, Furnar, Valletta, Pawlu Farrugia, Correa, Ħabbież, Ġunġlien, Amleto Spiteri, Tensila, Ħabbież, Ġużeppi Ciappara, il-Kbira, Correa, sa quddiem il-Każin tas- Soċjetà Filarmonika Pinto.
Posted on: Tue, 16 Jul 2013 13:17:14 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015