Il-Kumitat Festa Esterna irodd hajr lil kull min ta’ sehmu biex - TopicsExpress



          

Il-Kumitat Festa Esterna irodd hajr lil kull min ta’ sehmu biex fl-ahhar jiem iccelebrajna festa xierqa lill-Omm Taghna Marija Assunta. Grazzi lill-baned li taw servizzi kummissjonati lilhom mill-Kumitat Festa Esterna: l-Ghaqda Muzikali Santa Marija ta’ Had-Dingli, l-Ghaqda Muzikali San Gorg Martri ta’ Hal Qormi, il-Banda Konti Ruggieru tar-Rabat u l-Banda Peace tan-Naxxar. Inroddu hajr lill-Ghaqda tan-Nar 23 ta’ April ta’ Hal Qormi ghax-xoghol pirotekniku; il-kuntrattur tad-dawl; l-artisti Michael Camilleri Cauchi, Giovann Cassar u Paul Cassar li hadmu xoghol kummissjonat mill-istess kumitat. Grazzi wkoll lill-Kappillan Ewkarist Zammit, lill-Kleru, il-Kunsill Lokali, il-Korp tal-Pulizija, u l-voluntiera li ghenu fl-armar u z-zarmar. Grazzi kbira lill-poplu kollu ta’ Had-Dingli, poplu b’qalb kbira li jaghmel din ic-celebrazzjoni possibbli. L-akbar grazzi tmur lil Alla u ‘l Madonna li zammew idejhom fuqna lkoll, kif nitolbuhom jibqghu jaghmlu ghaz-zmien li gej.
Posted on: Mon, 19 Aug 2013 10:41:26 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015