Il-Malta Football Association tavża li minħabba l-maltemp li - TopicsExpress



          

Il-Malta Football Association tavża li minħabba l-maltemp li laqat lill-pajjiżna fl-aħħar sigħat, il-partiti li kellhom jintlagħbu llum fil-Hibernians Stadium bejn Naxxar Lions u Balzan Youths fis-2.00pm u Tarxien Rainbows u Birkirkara fl-4.00pm ġew posposti. L-istess partiti se jintlagħbu t-Tnejn 27 ta’ Jannar, fis-6.00pm u fit-8.00pm rispettivament, suġġett għall-ispezzjoni tal-‘pitch’ li se ssir it-Tnejn filgħodu mill-uffiċjali tal-MFA u oħrajn mill-Hibernians Ground Managment. Il-partiti l-oħra mill-Kampjonat BOV Premier, skjedati għal għada fl-Istadium Nazzjonali u fil-Victor Tedesco Stadium, se jintlagħbu kif inhu ppjanat. F’każ li għada wkoll ikun impossibbli li jintlagħbu xi partiti minn dawn, l-MFA terġa’ toħroġ avviż ieħor għall-media u l-pubbliku.
Posted on: Sat, 25 Jan 2014 09:57:57 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015