Il-kriżi ekonomika u l-immigrazzjoni jiddominaw konferenza tal-PM - TopicsExpress



          

Il-kriżi ekonomika u l-immigrazzjoni jiddominaw konferenza tal-PM f’Ruma Il-Prim Ministru kien mistoqsi minn ġurnalist Ingliż dwar l-omelija tal-Papa f’Lampedusa. Staqsih jekk f’Malta kienx hemm kritika dwarha bħal ma seħħ fl-Italja. “Ma smajtx kelma waħda ta’ kritika. Il-Papa laqat il-musmar fuq rasu,” qal Joseph Muscat li tkellem dwar il-pożizzjoni li ħa fl-aħħar jiem. “Dwar l-immigrazzjoni li jisimgħuna mhux biżejjed. Parti mill-aġenda mal-Prim Ministru Letta għandha tkun iffokata fuq it-triq ‘il quddiem,” qal Muscat. Mistoqsi dwar l-impatt kulturali tal-immigranti fuq pajjiżna u anke l-impatt politiku ‘il quddiem, Muscat wieġeb: “Ifhem ma nħarisx lejn l-idea tal-barranin jieħdu pajjiżna. Nemmnu li għandu jkun hemm integrazzjoni. Iżda trid tkun integrazzjoni b’numru li nifilħu għalihom.” Muscat qal li l-gvern tiegħu irid juri li lest jindirizza din il-kwistjoni b’mod qawwi. “Nemmen li b’din l-attitudni għandna iktar kredibbiltà biex niġġieldu r-razziżmu,” qal Muscat. inewsmalta/dart/20130715-il-kri-ekonomika-immigrazzjoni-jiddominaw-konferenza-tal-pm-ruma
Posted on: Mon, 15 Jul 2013 10:24:38 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015