Il-verb KIEN għandu minnu nnifsu r-ruħ tiegħu. Għax il-KIEN ma - TopicsExpress



          

Il-verb KIEN għandu minnu nnifsu r-ruħ tiegħu. Għax il-KIEN ma KIEN huwa l-bidu ta kull ħrafa. Il-kien huwa maħrub ximkien u mgħandu ċans qatt li jerġa jitwieled. Huwa l-mitmum. U dak li l-issa ta issa mgħandhiex ċans li tilħqu. Huwa forsi minħabba fhekk li dan il-verb hekk imsejjaħ moħfi jokkupa daqshekk ċentralità fin-narrattiva ta moħħna, bmod speċjali meta ż-żmien jibda jagħmel tiegħu, u n-narrattiva tagħna, tibda tixrob aktar mill-imgħoddi mbiegħed -- l-imgħoddi tal-imgħoddi -- milli mill-issa kontinwu. Fl-idea tiegħi, dan mhuwiex ħaġa oħra ħlief attentat fqir tagħna l-bnedmin biex naraw xi tip jew ieħor ta kontinwità, hekk, forsi, kif mingħajr ma nkunu konxju nkunu ntrebaħna minn xi tip jew ieħor ta metafora tat-triq, il-vjaġġ, l-immogħdijar u l-bqija. Xtaħsbu? Kien żmien il-bnieket. Żmien il-georgean green. Aħdar kien il-georgean green. Fqira did-dimora tiegħi O Bambin. It-toroq li jieħdu lagħqa żebgħa kull jiem il-festa. L-isfar jgħajjat. Iz-zokklu għoli. Il-bramel taż-żingu. Il-majjal immellaħ. It-tonn. It-tonn. It-tonn iswed. Il-ħobż bil-kunserva. Il-ħobż bit-tadom minn dok li jirħi. Il-ħobż mixwi. Il-ħobż bil-butir tal-melħa. Kien żmien l-imluħa. U qatt ma mradna kwarta! Kien żmien il-kusksu. Żmien il-minestrijiet. Minestra tielgħa u ministra nieżla. Kien żmien sabiħ.
Posted on: Thu, 24 Oct 2013 07:36:52 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015