Insostnu n-Nofsinhar ta’ Malta Għal tant snin, in-Nofsinhar - TopicsExpress



          

Insostnu n-Nofsinhar ta’ Malta Għal tant snin, in-Nofsinhar jew is-South tal-pajjiż kien mitluq għal rasu b’ħafna proġetti li jniġġżu. Dan il-baġit se jkun il-bidu ta’ storja ġdida għan-Nofsinhar fejn il-familji u n-negozji tas-South fl-aħħar se jibdew jieħdu dak li ħaqqhom bit-twaqqif tal-Kumitat Konsultattiv għan-Nofsinhar. PPP għal-Lukanda f’Bighi Għaddej xogħol sabiex Villa Bighi fil-Kalkara tinbidel f’Ċentru Nazzjonali tax-Xjenza Interattiva. Dan iċ-Ċentru se jkun jismu “Esplora” u l-proġett huwa stmat li se jiswa madwar 26 miljun ewro u se jkun parti ffinanzjat minn fondi mill-Unjoni Ewropeja u parti oħra minn fondi nazzjonali. Hu maħsub li flimkien mal-privat, il-Gvern jiżviluppa l-akwati ta’ Bighi f’ċentru turistiku ewlieni fil-Mediterran. Fost affarijiet oħra, dan il-proġett iwassal għal qabża fil-kwalità fin-naħat ta’ Isfel ta’ Malta.
Posted on: Tue, 18 Nov 2014 14:02:31 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015