Jien u l-grieden - IT-TIENI PARTI. Meta dhalt - TopicsExpress



          

Jien u l-grieden - IT-TIENI PARTI. Meta dhalt fil-pulizija kont kolli entuzjazmu u ma kont niddejjaq minn hadd u minn xejn hlief mill-grieden dejjem kont nibza minnhom. Ghandni sal-lum jekk nara xi wiehed barra ukoll nghid gej l-inkwiet. l-ewwel darba li cempilt ghad-detail qaluli night l-ghassa tal-fgura. Din tidhol u issib kuritur ghal gewwa u l-ewwel fuq ix-xellug issib kamra bi skrivanija. Ghal habta tal-02:30am fi skiet perfett waqt li kont qed naqra xi haga, minn taht il-ghajn inhoss xi haga ticcaqlaq. Kif ghollejt ftit rasi bil-mod faccata fil-kuridur nara gurdien zghir miexi ghal barra. Kif rajtu tlajt nigri fuq il-mejda u tellajt is-siggu. Kif kont imwerwer qaghad nahseb x’ghandi naghmel. Il-hsieb tieghi kien li nitlaq il-barra mill-ghassa pero bzajt ghax ma ridtx jien u hiereg niltaqgha mieghu nigu wicc ma wicc u jtir fuqi. Id-decidejt li nibqgha bil-wieqfa fuq il-mejda ghidt forsi jidhol lura. Ghamilt xi siegha hekk nistenna. Kienet decizjoni tajba ghax is-sinjur rajtu diehel lura gewwa fil-kuridur. Kif dahal hallejt ftit sekondi u waddabt is-siggu fil-kuridur. qbist minn fuq il-mejda u tlaqt nigri kemm kelli sahha ‘il barra. Kumbinazzjoni dak il-hin minn mar-roundabout ftit il-boghod nara karozza tal-mobile u kif rawni hekk nigri xeghlu s-sirena u s-search light. Niddubita jekk wiehed minnhom lestix l-arma wkoll! Jien kont in-naha l-ohra tat-triq u mahsudin staqsewni x’gara. Ghidtilhom “rajt gurdien!”. Dawn harsu lejn xulxin u qaluli hsiebnik gralek xi haga. Mur ghidilhom li ahjar attakawni ruxmata kriminali milli dak il-gurdien. Staqsewni jekk ghandix bzonn xi haga “ghidtilhom xejn grazzi” u telqu. Kont inkun ftit tost kieku ghidtilhom jaqbdu lil dan il-gurdien!. l-ghada cempilli wiehed mill-ghassa tal-belt barbara li kien dahal mieghi jidhaq kemm jiflah qalli “xi gralek bil-lejl?” qalli inti il-belt mieghi imissek tigi qalli jien bil-lejl nixxutja kull gurdien kbir. Nemmnu li kien jaghmel hekk. Kull meta jarani sal-lum jghidli “hawn grieden” u jinfaqa jidhaq. Wara sirt naf li kullhadd sar jaf specjalment tal-ghassa tar-rahal gdid. In-night ta’ wara qlajt transfer ghal haz-zabbar. Meta cempilt ghad-detail qaluli l-ghassa marsascala. Fil-ghaxija hrigt patrol max-xatt u jiena u ghaddej smajt wiehed jghajjatli “david” “david”. Ersaqt u ghidtlu kif taf ismi jien ma nafikx. Qalli qaluli ta’ haz-zabbar li se tkun int hawn. Qalli ejja hu flixkun birra il-hanut. Ghidtlu le fuq ix-xoghol ma nixrobx. tkellimna ftit u qalli li huwa missier illum is-surgent sandro magro. Qalli hawn m’scala tajjeb m’hawnx inkwiet qalli biss oghqod attent l-ghassa ghax hemm kull gurdien daqs qattus. Qalbi ghamlet tikk u ghidt ahjar ma dhalt xejn fil-pulizija. Kull lejl li ghamilt hemm bil-lembuba nghati fuq il-mejda il-hin kollu mhux cajta! Minn m’scala qlajt transfer ghall-ghassa tal-ajruport fit-terminal l-antik. Fil-faccata fuq ix-xellug kien hemm il-bieb u fuq il-lemin tieqa. L-ghassa kif tidhol faccata issib bank forma ta’ L shape. Darba kont night f’din l-ghassa mas-surgent joe mintoff li halliena ftit ilu. Jien kont bil-qeghda faccata u mintoff in-naha tat-tieqa jaqra gazzetta ingliza kbira. F’xi hin inhoss minn taht il-ghajn xi haga timxi. Kif harist nara gurdien zghir miexi ghad-direzzjoni tieghi. F’daqqa wahda qomt nigri dort mall-bank u letteralment ghaddejt minn fuq is-surgent mintoff bil-gazzetta f’idu u hrigt mit-tieqa nigri il-barra il-boghod mill-ghassa. Kif ra hekk mintoff ha qatgha kbira lanqas felah jiccaqlaq u bil-gazzetta bicciet f’idu. Qalli “x’gara! x’gara!”. Kif ghidtlu minhabba gurdien tghidx x’ma qalliex! Wara ftit gew zewg pulizija l-ohra li kienu night maghna 908 u 1272 konna nsejhulhom tad-dad’s army peress li qabel kienu mas-servizzi u imdorrijin ma jirrifjutaw xejn anzi. Dawn indunaw kif rawna barra u staqsewna x’gara. Is-surgent mintoff qallhom genninni x’qatgha tani minhabba gurdien. Qabez wiehed minnhom u qalli “tibza minn gurdien zghir jien nigdmu u naqtaghlu rasu b’halqi”. Nemmnu li jasal. Ghidtilhom jekk taqbduh nixtrilkom gelat kull wiehed. Qaluli “ara x’inti tghid”. Ghidtilhom ta’ ragel li jien nixtrilkom gelat. Sadattant is-surgent mintoff u jien morna indura l-car parks. Ahna u niezlin bdejna nisimhu taqlib ta’ lokers fuq in-naha ta’ gewwa tal-ghassa li kienet minlija lokers tal-injam. Mintoff qalli qed ifittxu l-gurdien. Kif gejna lura hargu mill-ghassa u gej faccata hdejna. Qaluli biex nixtrilhom il-gelat. Jien ghidtilhom l-ewwel aqbdu l-gurdien u nixtrilkom il-gelat. Qaluli il-gurdien qieghed mejjet taht it-tieqa. L-ewwel resaq mintoff u qalli dan veru hawn qieghed mejjet. Ersaqt mill-boghod u bil-kemm ridt nemmen veru kien mejjet. Hrigt il-flus u marru jixtru l-gelat. Jien fraht ghax zgur kont naghmel zmien ma nersaqx l-ghassa u bil-biza’. Illum waqt li nikteb din qed nahseb “tghid l-istess gurdien li rajt kienu qabdu dawk?”.
Posted on: Fri, 25 Oct 2013 19:55:35 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015