Kejk taċ-ċikkulata ...jekk tipruvaw dan żgur li jibqa - TopicsExpress



          

Kejk taċ-ċikkulata ...jekk tipruvaw dan żgur li jibqa l-favorit... Riċetta spjegata sa l-inqas dettal...biss se tkun qeda tidher ‘live’ f’Ottubru fuq Smash Tv fl-16.10. Għall-kejk 220g zokkor 2 bajdiet 10 imgħaref mhux mimsuħa mayonnaise ‘light’ Essenza tal-vanilja 250g dqiq plain 35g kokkodina mgħarbul 4 kuċċarini baking powder Kuċċarina u nofs baking soda Madwar 280ml ħalib 2 kuċċarini kafe’maħlula f’mgħarfa misħun Għall-icing tal-wiċċ 100g zokkor 30g kokkodina mgħarbul 30ml ħalib 30g butir Essenza tal-vanilja Metodu Faċli...ħabbat kollox f’daqqa. Biss jekk tara li għandhek xi boċċi tad-dqiq ikollok tħabbat ftit bil-hand beater. Ferrex preferibilment f’4 reċipjenti ta’ madwar 20/ 22cm u iksi biż-żejt filwaqt li tpoġġi biċċa baking sheet fil-qiegħ. Għal min irid, jeżistu baking sheets lesti tondi bil-qies meħtieġ. Jew inkella iksi sewwa r-reċipjenti bid-dqiq ukoll minbarra ż-żejt. Meta tuża 4 reċipjenti u mhux wieħed ikollhok kejk lest maqsum f’ 4, illivellat sewwa mhux trid toqgħod taqtalu l-wiċċ, u jsir aktar malajr. Importanti li wara li tferrex it-taħlita fir-reċipjenti sabbathom ftit biex dawk il-bżieżaq tal-arja li jiffurmaw jinfaqgħu u b’hekk ukoll it-taħlita tinfirex kullimkien. Ara wkoll li kemm jista’ jkun ikollok l-istess ammont ta’ taħlita f’kull reċipjent. Dan il-pass sibtu tajjeb għal kull kejk li naħmi. Aħmi għal madwar 15/20 minuta b’temperatura ta’ 170c. Ma jieħux ħafna ħin biss importanti li tiċċekjah wara kwarta biex ma jixxutax. Ipprepara l-icing. Għall-icing poġġi kollox fuq in-nar u ħawwad sakemm idub il-butir. Ħalli t-taħlita ttella l-bżieżaq biss ara li ma tinħaraqx, wara neħħi minn fuq in-nar u ħabbat l-icing sakemm jaqgħad. Kif jiksaħ ferrex fuq il-kejk. Jekk tara li l-icing għaqad xi ftit kemm tħollu bi ftit ħallib u erġa ħawwad sewwa. Dan l-icing li għandu tajjeb huwa li ftit tal-ħin wara li tifirxu se jissetja sabiħ ħafna. Għall-bejn is-saffi tal-kejk tista’ jew tħabbat daqs 200g krema friska ma ftit vanilla u daqs 50g zokkor (għal min m’għandux problema ta’ kaloriji żejda jew inkella pprepara xi custard jew krema pasticcera jew idlek bil-jam tal-frawli. Dan kollu jiddependi mill-gosti ta’ kull individwu u kemm tixtieq iżżid fil-kaloriji.Tista’ anke tidlek b’xi nutella.
Posted on: Fri, 05 Sep 2014 14:11:00 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015