L-Evanġelju ta Sidna Ġesu Kristu skont San Mattew Kap 12 12. - TopicsExpress



          

L-Evanġelju ta Sidna Ġesu Kristu skont San Mattew Kap 12 12. Id-dixxipli jaqtgħu s-sbul is-Sibt (Mk 2, 23-28) [Mt:12:1] Darba waħda, is-Sibt, Ġesù kien għaddej minn għalqa miżrugħa. Issa lid-dixxipli tiegħu ħadhom il-ġuħ; u bdew jaqtgħu s-sbul u jikluh. [Mt:12:2] Imma rawhom il-Fariżej, u qalulu: Ara, id-dixxipli tiegħek jagħmlu dak li ma jiswiex nhar ta Sibt. [Mt:12:3] U hu qalilhom: Ma qrajtux xgħamel David meta kien bil-ġuħ, hu u dawk li kienu miegħu? [Mt:12:4] Ma qrajtux kif daħal fid-dar ta Alla u kiel il-ħobż tal-preżenza ta quddiem il-Mulej, li la hu u lanqas dawk li kienu miegħu ma kienu jistgħu jieklu minnu, imma l-qassisin biss? [Mt:12:5] Jew ma qrajtux fil-Liġi li nhar ta Sibt il-qassisin fit-tempju jiksru s-Sibt bla ma jonqsu? [Mt:12:6] Ngħidilkom li hawnhekk hawn min hu aqwa mit-tempju. [Mt:12:7] Li kieku kontu tafu xi jfissru l-kelmiet, Ħniena rrid, u mhux sagrifiċċju, ma kontux tikkundannaw lil min hu bla ħtija. [Mt:12:8] Għax Bin il-bniedem huwa Sid is-Sibt. Ir-raġel bidu niexfa (MK 3, 1-6; Lq 6, 6-11) [Mt:12:9] Telaq minn hemm u baqa sejjer fis-sinagoga tagħhom. [Mt:12:10] U hemmhekk kien hemm raġel li kellu idu niexfa. Huma, biex ikollhom fuqiex jixluh, staqsewh: Jiswa li wieħed ifejjaq nhar ta Sibt? [Mt:12:11] Iżda hu qalilhom: Min minnkom ikollu nagħġa u taqagħlu fħofra s-Sibt, ma jmurx jaqbad u jtellagħha? [Mt:12:12] Imma kemm jiswa bniedem aktar minn nagħġa? Mela jiswa nhar ta Sibt tagħmel il-ġid. [Mt:12:13] Mbagħad qal lir-raġel: Midd idek. Dak medd idu, u reġgħet ġietu qawwija u sħiħa bħall-oħra. [Mt:12:14] U l-Fariżej ħarġu u bdew jiftiehmu bejniethom kontra tiegħu, kif se jeqirduh. Il-Qaddej tal-Mulej [Mt:12:15] Ġesù sar jaf bdan u telaq minn hemm. Ħafna nies marru warajh u fejjaqhom kollha, [Mt:12:16] u ordnalhom bis-sħiħ biex ma jurux min kien, [Mt:12:17] biex hekk iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta Isaija, meta qal, [Mt:12:18] Ara l-Qaddej tiegħi li jiena ħtart, l-Għażiż tiegħi li bih ruħi tgħaxxqet! Jien nqiegħed l-Ispirtu tiegħi fuqu u hu jxandar il-ġustizzja lill-ġnus. [Mt:12:19] Ma jiksirha ma ħadd, ma jgħollix leħnu u ħadd ma jisma’ leħnu fil-pjazez. [Mt:12:20] Qasba mġelġla ma jiksirhiex, u musbieħ inemnem ma jitfihx, sa ma jwassal il-ġustizzja għar-rebħa, [Mt:12:21] u fismu jittamaw il-ġnus. Ġesù u Begħelżebul (Mk 3, 20-30; Lq 11, 14-23; 12, 10) [Mt:12:22] Mbagħad ġibulu quddiemu wieħed agħma u mbikkem maħkum mix-xitan, u hu fejjqu, hekk li l-imbikkem qabad jitkellem u jara. [Mt:12:23] In-nies kollha stagħġbu u bdew jgħidu: Dan Bin David, tgħid? [Mt:12:24] Imma l-Fariżej, meta semgħu hekk qalu: Dan mhux ħlief bis-saħħa ta Begħelżebul, il-Prinċep tax-xjaten, li qiegħed ikeċċi x-xjaten. [Mt:12:25] Iżda hu għaraf ħsibijiethom u qalilhom: Kull saltna maqsuma fiha nfisha ssir ħerba, u kull belt jew familja maqsuma fiha nfisha ma tistax iżżomm wieqfa. [Mt:12:26] Mela jekk ix-Xitan ikeċċi x-Xitan, iġib firda fih innifsu; għalhekk kif se żżomm wieqfa s-saltna tiegħu? [Mt:12:27] U jekk jiena qiegħed inkeċċi x-xjaten bis-saħħa ta Begħelżebul, uliedkom bis-saħħa ta min qegħdin ikeċċuhom? Għalhekk huma stess ikunu l-imħallfin tagħkom. [Mt:12:28] Iżda jekk jien qiegħed inkeċċi x-xjaten bl-Ispirtu ta Alla, dan ifisser li waslitilkom is-Saltna ta Alla. [Mt:12:29] Jew kif jista wieħed jidħol fid-dar ta bniedem bsaħħtu u jaħtaflu ġidu jekk qabel ma jkunx rabtu? U hekk imbagħad id-dar jaħtafhielu żgur. [Mt:12:30] Min mhuwiex miegħi, huwa kontra tiegħi; u min ma jiġborx miegħi, ixerred. [Mt:12:31] Għalhekk ngħidilkom li d-dnubiet kollha u d-dagħa kollu jinħafrilhom lill-bnedmin, imma d-dnub ta min jieqaf lill-Ispirtu s-Santu ma jinħafirx. [Mt:12:32] U jekk xi ħadd jgħid xi ħaġa kontra Bin il-bniedem tinħafirlu; iżda min jitkellem kontra l-Ispirtu s-Santu ma jkollux maħfra, la fdin id-dinja u lanqas fli ġejja. Mill-milja tal-qalb jitkellem il-fomm (Lq 6, 43-45) [Mt:12:33] Intom tgħidu li siġra hi tajba jekk tagħmel frott tajjeb, u tgħidu li hi ħażina jekk tagħmel frott ħażin; għax is-siġra mill-frott tagħha tingħaraf. [Mt:12:34] Ja nisel il-lifgħat, kif tistgħu titkellmu tajjeb meta intom ħżiena? Għax mill-milja tal-qalb jitkellem il-fomm. [Mt:12:35] Il-bniedem tajjeb joħroġ ħwejjeġ tajba mill-ħażna tat-tajjeb tiegħu; imma l-bniedem ħażin joħroġ ħwejjeġ ħżiena mill-ħażna tal-ħażen tiegħu. [Mt:12:36] U ngħidilkom li l-bnedmin fjum il-ħaqq għad iridu jagħtu kont ta kull kelma fiergħa li jkunu qalu, [Mt:12:37] għax minn kliemek tkun iġġustifikat, u minn kliemek tkun ikkundannat. Nisel ħażin irid sinjal (Mk 8, 11-12; Lq 11, 29-32) [Mt:12:38] Mbagħad xi wħud mill-kittieba u l-Fariżej qabdu u qalulu: Mgħallem, xtaqna kieku naraw sinjal mingħandek!, [Mt:12:39] Iżda hu weġibhom: Sinjal iridu nisel ħażin u infidil! Imma ebda sinjal ma jingħatalu ħlief dak tal-profeta Ġona. [Mt:12:40] Għax kif Ġona għamel tlitt ijiem u tlitt iljieli fżaqq il-ħuta, hekk ukoll Bin il-bniedem għad jagħmel tlitt ijiem u tlitt iljieli fil-qalba ta l-art. [Mt:12:41] Fjum il-ħaqq, in-nies ta Ninwè għad iqumu kontra dan in-nisel u jikkundannawh, għax huma nidmu wara l-predikazzjoni ta Ġona; u araw hawn minn hu aqwa minn Ġona hawnhekk! [Mt:12:42] Fjum il-ħaqq, is-sultana tan-nofsinhar għad tqum u teħodha kontra dan in-nisel u tikkundannah, għax hi ġiet mit-truf ta l-art biex tisma l-għerf ta Salamun; u araw hawn min hu aqwa minn Salamun hawnhekk! L-ispirtu ħażin iħabbat lill-bniedem (Lq 11, 24-26) [Mt:12:43] Meta spirtu ħażin joħroġ mill-bniedem, huwa jmur jiġġerra fart niexfa jfittex il-mistrieħ, u ma jsibu mkien. [Mt:12:44] Mbagħad jgħid, Mela nerġa lura lejn dari mnejn ħriġt. U, xħin jiġi, isibha battala u miknusa, kollox fpostu. [Mt:12:45] Mbagħad imur iġib miegħu seba spirti oħra agħar minnu, u jidħlu joqogħdu hemm ġew. U fl-aħħar dak il-bniedem isib ruħu fqagħda agħar minn ta qabel. Hekk għad jiġrilu dan in-nisel ħażin. Omm Ġesù u qrabatu (Mk 12, 31-35; Lq 8, 19-21) [Mt:12:46] Kif kien għadu qiegħed ikellem lin-nies, ġew ommu u ħutu, waqfu barra u fittxew li jkellmuh. [Mt:12:47] Xi ħadd qallu: Ara, ommok u ħutek qegħdin barra jfittxu li jkellmuk. [Mt:12:48] Iżda hu wieġeb lil dak li kellmu, u qallu: Min hi ommi? U min huma ħuti? [Mt:12:49] Mbagħad medd idu lejn id-dixxipli tiegħu u qal: Dawn, araw, huma ommi u ħuti. [Mt:12:50] Għax kull min jagħmel ir-rieda ta Missieri li hu fis-smewwiet, dak huwa ħija, u oħti, u ommi.
Posted on: Thu, 17 Jul 2014 12:19:12 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015