L-Krizi tal-Immigrazzjoni - X’jista jsir ! Li se nikteb mhux - TopicsExpress



          

L-Krizi tal-Immigrazzjoni - X’jista jsir ! Li se nikteb mhux biex inzid mal-faxxikli li diga nkitbu fuq r-razzismu u l-xenofobija, izda ghax ghandna krizi tal-immigrazzjoni li tehtieg soluzzjoni urgenti . L-amministrazzjoni Nazzjonalista - fil-poter sa ftit xhur ilu - ma kelliex policy dwar l-immigrazzjoni, allura falliet f’dan il-qasam. Policy tal-push-back ma tistax tithaddem, peress li fil-fatt tichad id-drittijiet ta’ dawk li qed ifittxu asil. Izda hemm x’jista jsir sabiex johrog il-pajjiz minn dan il-gwaj. F’li gej sejjer nigbor fil-qosor x’nahseb jien f’dan ir-rigward. Malta anki bl-intenzjonijiet kollha possibli tista tintegra mal-popolazzjoni taghha sa certu numru biss ta’ immigranti u mhux aktar. Ejja niehdu dan in-numru bhala dawk l-immigranti li fil-fatt jinsabu Malta llum u li jimmeritaw l-istatus ta’ refugjat jew dak umanitarju. Dawk kollha li jaslu Malta minn issa ‘l quddiem allura jistghu jkunu akkomodati f’Malta biss, suggett ghat-trasferiment taghhom f’wiehed mis-27 pajjiz iehor Ewropew - membri tal-UE. Dawn allura ghandhom jinghataw merhba - jekk ikunu salvati fil-bahar ifittxu asil – bil-kundizzjoni li se jkunu integrati f’xi pajjiz iehor tal-UE u mhux f’Malta, izda li sadanittant se jircievu l-ospitalita. Negozjati mal-UE ghandhom isiru bla dewmien sabiex ikun affermat dan il-principju u li l-ispejjes sabiex tithaddem din il-policy jinhargu mill-fondi tal-UE. B’hekk l-UE tigi nvoluta u dawk l-immigranti kollha li jaslu Malta minn issa ‘l quddiem jircievu l-ospitalita kif jixirqilhom bil-kundizzjoni kif indikat. Wara li dan il-principju ikun accettat d-dettalji tal-policy ghandhom ikunu elaborati bejn Malta u L-U.E fliemkien
Posted on: Mon, 15 Jul 2013 11:17:02 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015