L-istazzjoni ewlieni tal-Belt Valletta kien taht Bieb il-Belt. - TopicsExpress



          

L-istazzjoni ewlieni tal-Belt Valletta kien taht Bieb il-Belt. Il-ferrovija kienet tohrog mill-Belt taht l-art u taqsam il-foss permezz ta’ mina, imbaghad kienet tieqaf taht il-gnien fl-Argotti u hawn kien hemm l-istazzjoni tal-Furjana. Permezz ta’ mina ohra li kienet tghaddi mill-bastjun ta’ San Filippu, il-ferrovija kienet tghaddi hdejn Portes des Bombes u tieqaf il-Hamrun. F’dan l-istazzjon wiehed kien isib ukoll il-hanut tax-xoghol. Ix-xoghol ta’ tiswijiet ghall-ewwel bdew isiru fit-Tarzna izda wara xi zmien dawn bdew isiru fl-istazzjon tal-Hamrun. Mill-Hamrun il-ferrovija kienet tghaddi ghall-Imsida u Santa Venera u wara kien imissha tmur Birkirkara, fejn kellha zewg platforms. Wara kienet tidhol ghal Hal Balzan u biswit il-gnien ta’ Sant’Anton. Minn hawn il-ferrovija kienet tghaddi ghall-istazzjon ta’ San Salvatore u ghal dak ta’ H’Attard u minn dan l-ahhar stazzjon kienet tghaddi taht l-art sakemm taqsam it-triq li kienet taghti minn H’Attard ghall-Imdina, xi 25 jarda – dan kien isir permezz ta’ mina. Hawn kien il-kalvarju ghall-ferrovija ghaliex minn H’Attard kienet tibda t-telgha fejn wara li kienet tispicca din it-telgha kien imiss l-istazzjon tar-Rabat. Fis-sena 1900 il-linja tal-ferrovija zieduha madwar nofs mil ghaliex kien hemm il-htiega li din tasal taht l-Imtarfa u ghalhekk inholoq l-Istazzjon tal-Muzew. Il-kelma ‘muzew’ kienet tirreferi ghad-Dar Rumana li hemm fil-qrib. Minhabba f’hekk il-linji komplew jizdiedu ghal madwar 300 jarda biex jaslu qrib l-Imtarfa kemm jista’ jkun. Fl-Imtarfa kien hemm l-isptar militari u l-barrack tas-suldati Inglizi, izda l-ebda stazzjon ma gie miftuh. Il-vjagg, mill-Belt Valletta sa l-Imdina, b’kollox kien jiehu madwar 35 minuta. Izda l-vjagg mill-Imdina sal-Belt Val-letta kien jiehu inqas minhab-ba l-art, dan kien jiehu hames minuti inqas.
Posted on: Fri, 18 Oct 2013 01:30:58 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015