Lejn l-Etjopja Ergajt iltqajt ma Dun Ġorġ Grima, persuna - TopicsExpress



          

Lejn l-Etjopja Ergajt iltqajt ma Dun Ġorġ Grima, persuna prolifika fil-kamp missjunarju. Permezz tal-Moviment Missjunjarju Ġesù fil-Proxxmu, Dun Ġorġ iniedi b’mod regolari kampanji u maratoni għall-gbir ta’ fondi għall-proġetti kbar u ta’ fejda li qed iwettaq f’għadd ta’ artijiet tal-missjoni. Offrili biex immur għall-missjoni fl-Etjopja,, min mindu bdiet, 15-il sena ilu, sal-lum u kif l-istess missjoni qiegħda tibiddel u tiż­viluppa żoni fil-pajjiż. Ir-rakkonti ma jaqgħtu qatt u nisi­mgħu fost oħrajn kif fl-1994, eluf ta’ refuġjati mġewħin mill-Eritrea tpoġġew f’sala f’Addis Abeba u kienu jitqatlu biex jieklu u kif inħarġu mijiet ta’ lebbrużi mill-oqbra fiċ-ċimi­terji ta’ Gimma fejn kienu jgħixu; kif platt ikel kuljum ħajjar eluf ta’ tfal f’Nekemte jibdew jers­qu lejn l-iskola; u kif in-nisa tat-tribù Gumuz iwelldu wa­ħed­hom fil-foresti. Mort il-Kenja u l-Perù fejn għamilt esperjenza ta’ xi tfisser tbattija u fi Frar, 2014, se nkun qed naq­sam u nsir naf inħoss u ngħin lil dawn in-nies għax għa­lija nemmen li t-tba­tij­ja ta dawn in-nies dejjem tgħallim­ni.
Posted on: Tue, 16 Jul 2013 18:15:46 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015