Libjan ta’ 35 sena ġie kkundannat sena ħabs wara li ammetta li - TopicsExpress



          

Libjan ta’ 35 sena ġie kkundannat sena ħabs wara li ammetta li nhar l-Erbgħa seraq chaser minn karozza pparkjata fil-Belt Valletta. Il-Maġistrat Aaron Bugeja ordna lir-raġel biex jagħmel programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga sakemm iservi t-terminu tiegħu fil-ħabs. Kaled Mohamed Ben Gamhur inqabad fil-fatt iwettaq is-serqa u ċ-chaser kien ingħata lura lil sidu. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Carlos Cordina, filwaqt li l-Avukat Christopher Chircop deher għall-akkużat.
Posted on: Mon, 19 Jan 2015 14:30:49 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015