Malta Dizastru TOTALI !!!!!!!! Il-Ministeru tas-Saħħa ħareġ - TopicsExpress



          

Malta Dizastru TOTALI !!!!!!!! Il-Ministeru tas-Saħħa ħareġ twissija dwar temperaturi għoljin. “Il-Ministeru għas-Saħħa jixtieq jerġa’ javża lill-pubbliku dwar l-importanza li wieħed jixrob iktar mis-soltu fix-xhur tas-sajf. It-temperaturi għoljin jikkaġunaw aktar telf ta’ ilma mill-ġisem. Is-sħana taffetwa lil kulħadd: anzjani, trabi, tfal żgħar. Persuni li qed ibatu b’xi kundizzjoni kronika jew li huma attivi ħafna, għandhom aktar ċans li jiġu affetwati,” qal il-Ministeru. Biex wieħed jevita dawn l-effetti, huwa mportanti li; · Jekk huwa possibli wieħed għandu jevita li joħroġ barra bejn il-11.00am u l-4.00pm; · Joqgħod f’postijiet friski fid-dar u possibilment fuq il-post tax-xogħol; · Jixrob regolarment u jiekol ikel frisk; · F‘każ ta’ dubju għandu jikkonsulta mat-tabib. inewsmalta/dart/20130805-twissija-dwar-temperaturi-oljin
Posted on: Mon, 05 Aug 2013 09:28:12 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015