Mistenni jiddaħħal grupp ta’ immigranti mejtin… Grupp - TopicsExpress



          

Mistenni jiddaħħal grupp ta’ immigranti mejtin… Grupp ta’ immigranti irregolari mejtin se jkunu qegħdin jiddaħħlu f’pajjiżna aktar tard illum wara li d-dgħajsa li kienu qegħdin jivvjaġġaw fuqha bdiet tegħreq fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ Maltija. Jirriżulta li dan il-grupp ta’ immigranti kien jifforma parti minn grupp ieħor akbar ta’ bejn it-300 u l-400 immigrant u jirriżulta li waqt l-operazzjoni ta’ salvataġġ li saret mill-Forzi Armati ta’ Malta kien hemm xi immigranti oħrajn li għerqu. Filwaqt li dawk li mietu se jinġiebu f’pajjiżna, dawk li baqgħu ħajjin mistennijin jittieħdu lejn Lampedusa. Fost dawk li mietu hemm tarbija li mietet waqt l-operazzjoni ta’ salvataġġ.
Posted on: Sat, 19 Jul 2014 11:58:47 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015