Nistqarr Pubblikament li minkejja li kont jien stess li b - TopicsExpress



          

Nistqarr Pubblikament li minkejja li kont jien stess li b responsabbilta tlabt lill-Bord tal-Governanza Lokali jinvestiga certi allegazzjoni li kienu saru fuq il-Kunsill Lokali ta Haz-Zabbar, ma naqbel xejn mall-mod ta kif saru l-konkluzjonijiet. Il-Bord tal-Governanza, ir-remit tieghu hu li jinvestiga u jaghti konkluzjonijiet u mhux ikisser persuni, u din hija opinjoni personali tieghi. Jekk dan huwa l-mod kif jigu nvestigati l-kazijiet minn dan il-Bord, fejn ghal uqija tehel libra, allura mghandix fiducja fit-tmexxija ta dan il-Bord. MIN u KULL MIN jizbalja ghandu jerfa r-responsabilta, b dinjita u bla ma jigi mzeblah. Hafna konkluzjonijiet ma kellhom x jaqsmu xejn mall-allegazzjonijiet inzijali li fuqhom saret it-talba. Dan qed nghidu ghax nemmen fih bis-shih u ghax ma niddejjaq xejn nohrog ghonqi fejn jidhirli li ghandi naghmel dan ghall-KULL sindku jew Kunsillier. M hemmx dubju li zbalji kien hemm imma l-izbalji saru minn bosta bnadi. Fuq nota ohra, nifhem u nemmen li hadd mghandu kollox tajjeb jew kollox hazin u ghaldaqstant irrid nesprimi l-apprezzament tieghi bhala President tas-Sezzjoni Kunsilliera tal-PL ghax-xoghol li sar fil-lokalita ta Haz-Zabbar tul din l-ahhar sena u nofs, anki permezz ta attivitajiet kulturali li gabru liz-Zabbarin flimkien.
Posted on: Tue, 08 Jul 2014 19:05:46 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015