P. Raymond Francalanza OSA elett il-Pirjol Provinċjali - TopicsExpress



          

P. Raymond Francalanza OSA elett il-Pirjol Provinċjali tal-Agostinjani f’Malta -------- P. Raymond Francalanza OSA ġie elett bħala Pirjol Provinċjali tal-Provinċja Agostinjana ta’ San Mark, f’Malta. Wara li sar il-proċess kollu tal-elezzjoni mill-membri tal-provinċja skont kif jippreskrivu l-Kostituzzjonijiet tal-Ordni Agostinjan, P. Raymond Francalanza OSA, attwalment Kappillan tal-Parroċċa ta’ Santu Wistin, Valletta, sar is-superjur elett tal-aħwa membri tal-provinċja maltija. Il-Pirjol Provinċjali elett jieħu l-mandatt bħala superjur effettiv waqt il-Kapitlu Provinċjali li ser isir f’żewġ partijiet fi Frar 2014. ----------- P. Raymond twieled fl-1965 fiż-Żejtun. Fl-1985 beda is-sena tan-Novizzjat f’Tolentino (Macerata, Italja). Fl-1988 għamel il-professjoni solenni fi ħdan l-Ordni Agostinjan u sentejn wara kien ordnat presbiteru. Studja t-teoloġija fil-Fakulta teoloġika ta’ Malta fejn kiseb il-Liċenzjat (S.Th.L) fl-1991 (bit-teżi: “The Mystery of the Church and the writings of St Augustine”). Huwa iggradwa bħala Duttur fit-Teoloġija (S.Th.D) fl-2009 fejn għamel riċerka dwar “Sign and Signification – Networks of discernment in the Church”. Fl-2007 P. Raymond intagħżel bħala Delegat provinċjali għall-Kapitlu Ġenerali tal-Ordni f’Ruma. Huwa jagħti wkoll kontribut fit-tagħlim dwar Santu Wistin fl-Istitut Agostinjan (Tal-Pietà) kif ukoll kontributur f’diversi ġurnali. Għal xi żmien kien Assistent Direttur tal-Millennium Chapel. P. Raymond huwa reliġjuż attiv ħafna fl-Ordni Agostinjan. Ħadem ħafna fil-kamp vokazzjonali u fil-formazzjoni inizjali. Bejn l-1994 u 2000 kien Rettur tal-Kulleġġ Santu Wistin. Fl-1996 kien maħtur bħala membru tal-Kummissjoni parlamentarli għall-Edukazzjoni. Bejn l-2002 u 2010 kien intagħżel bħala Kunsillier Provinċjali u serva wkoll bħala Vigarju Provinċjali bosta drabi. Kien ukoll Pirjol tal-komunità Agostinjana f’Paceville, fejn fost l-oħrajn ħa ħsieb ir-rinnovament tal-Knisja tal-Madonna tal-Bon Kunsill. Wara l-Kapitlu Provinċjali tal-2010 intagħżel bħala Kappillan tal-Parroċċa S. Wistin, Valletta. Nifirħu lil P. Raymond għall-ħatra tiegħu bħala Pirjol Provinċjali u nitolbu għalih sabiex iservi bl-aħjar mod il-Knisja u l-Ordni tal-aħwa ta’ Santu Wistin.
Posted on: Sun, 01 Dec 2013 18:00:30 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015