Quddiesa tad-93 Anniversarju mit-twaqqif tal-Partit - TopicsExpress



          

Quddiesa tad-93 Anniversarju mit-twaqqif tal-Partit Laburista Fl-okkażjoni tat-93 Anniversarju mit-twaqqif tal-Partit Laburista, ser issir quddiesa ta’ radd il-Ħajr,il-Gimgħa 6 ta’ Diċembru fis-7:15 pm fir-Rotunda il-Knisja Arċipretali ta’ Santa Marija, Mosta Jippresiedi l-konċelebrazzjoni l-Eċċelenza Tiegħu Monsinjur Mario Grech, Isqof ta’ Djoċesi t’Għawdex flimkien mal-Arcipriet Fr Albert Buhagiar u l-Kleru tal-Mosta u l-Arciprieta u Kappilani ta l-Unita, n-Naxxar,Għargħur,Burmarrad,Mgarr,l-Arċiprieta u Kappillani Mostin, tal-Birgu,Ħal Tarxien,Kunċizzjoni Ħamrun,San Bastjan Qormi u Manikata u bosta saċerdoti oħra. Jieħdu sehem The Imperial Ladies Choir tal-Mellieħa taħt id-direzzjoni ta’ Mro Tony Borg. Jattendu l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat u martu Michelle, iz-zewg Deputati Mexxejja u l-Amministrazzjoni tal-Partit, il-kabinett tal-Ministri,l-Grupp Parlamentari u l- Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit u s-Sindku u kunsill Lokali tal-Mosta mal-Għaqdiet kollha tal-Mosta. Wara, ser ikun hemm riċeviment fl-Oratorju tal-Qalb ta’ Ġesu’,l-Mosta.
Posted on: Fri, 22 Nov 2013 03:43:19 +0000

Trending Topics



/div>
Isnt Sartaj Aziz disoriented and sandwiched between military and
Buy Weslock Impresa Antique Brass Impresa Impresa Single Cylinder

Recently Viewed Topics




© 2015