SIGNUM FIDEI ĦSIEB TAL-JUM L-Erbgħa, 20 ta’ Novembru - TopicsExpress



          

SIGNUM FIDEI ĦSIEB TAL-JUM L-Erbgħa, 20 ta’ Novembru Festa tal-Beata M. Fortunata Viti, il-Beatu Baskal Fortuno Almela u sħabu u San Feliċ ta’ Valois “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” SAN FELIĊ TA’ VALOIS - (1127-1212) • San Feliċ ta Valois waqqaf, flimkien ma San Ġwann ta Matha, l-Ordni tat-Trinitari. Għadda l-biċċa kbira ta’ ħajtu f’bosk fid-djoċesi ta Meaux (Franza). • Ma kellu ebda ħsieb li jitlaq minn hemm, imma dixxiplu żagħżugħ tiegħu, Ġwanni minn Matha, meta qaddes l-ewwel quddiesa tiegħu, ġieħ il-ħsieb li jwaqqaf ordni għall-ħelsien tal-ilsira. Talab il-parir ta Feliċ, li għad li kellu qrib is-sebgħin sena, malajr offra ruħu biex jagħmel dak kollu li Alla xtaq minnu. • Flimkien telqu lejn Ruma fix-xitwa tal-1197 u kisbu l-approvazzjoni tal-Papa Innoċenz III. • Waqt li Ġwanni kien jaħdem għall-ilsira fi Spanja u fil-Barbarija, San Feliċ kien ixerred l-ordni l-Italja u Franza. • Huwa miet ta 85 sena bħala amministratur tal-ordni fi Franza. Irrifletti fuq il-Kelma ta’ Alla: “Mingħajr il-fidi ma jistax ikun li wieħed jogħġob lil Alla. Għax kull min jersaq lejn Alla jeħtieġlu jemmen li Alla jeżisti u li hu jagħti l-ħlas xieraq lil dawk li jfittxuh.” (Lhud 11:6) Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 59, silta mit-3 punt God will furnish you with all that you need, if your only thought is to be sanctified and to fulfill well the duties of your state. This is why God told Saint Catherine of Siena that she ought to think of him and that he would think of her. God, who created all people, desires them to receive what they need, and when other means fail, God provides for them. In your state you are doing God’s work. Rest assured that he will take care of you, provided that you serve him faithfully and omit nothing that he asks of you. TALBA Missier, forsi l-iżjed li inti magħruf huwa bħala “Imħabba” 1 Ġwanni 4:8 u hekk kif “l-imħabba ma żżommx f’qalbha d-deni”, 1 Korintin 13:5 jiena nifraħ bl-imħabba u l-aċċettazzjoni sħiħa u infinita tiegħek lejn kull wieħed u kull waħda minna. Idderiġini fil-mixja tiegħi ta’ kuljum biex inkun fidil u nersaq aktar qrib Ġesù li jsejjaħli ħabibu. Ġwanni 15:14 Huwa bih u fih biss, Missier, li jien nista’ narak sħiħ; Kolossin 1:15 Inti, li ssejjaħli b’ismi. Isaija 43:1 Bro. Nicholas Hutchinson Missierna ... Qari: 1. 2 Makkabin 7: 1,20-31 Il-ħallieq tad-dinja għad iroddilkom lura n-nifs u l-ħajja. 2. Salm 16: 1,5,6,8b,15 Meta nqum, Mulej, nithenna bid-dehra tiegħek. 3. Luqa 19: 11-28 Għax ma mortx tqiegħed flusi l-bank?
Posted on: Tue, 19 Nov 2013 20:58:56 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015