Waqt xi gwerra Malta kienet centru militari ghall-hakkiema - - TopicsExpress



          

Waqt xi gwerra Malta kienet centru militari ghall-hakkiema - l-Inglizi. Meta l-Ingilterra kienet tidhol go xi gwerra kien ikun hawn xoghol f’Malta. Is-suldati kienu aktarx jingiebu hawn Malta ghall-kura. F’dan il-kaz il-kataletti ta’ l-Inglizi kienu jkunu differenti. Dawn kienu kbar u kienu jingibdu miz-zwiemel. Il-katalett tal-militar kien wiehed elaborat. Dawn kienu stretcher bit-tinda mdendla. Kien ikollhom erba’ molol mal-kantunieri. Kien ikun hemm ukoll zewg roti kbar fil-gnub. Dan il-katalett kien ikollu fanal wieqaf fuq naha wahda. Ghalhekk dan il-katalett kien wiehed kbir u tqil kif ukoll wiehed b’sahhtu. Meta kienu jigu Malta numru kbir ta’ suldati feruti kien ikun hemm minnhom li kienu jispiccaw Ghawdex. In-nies ta’ l-isptar kienu jinzlu jistennewhom l-Imgarr, il-port ta’ Ghawdex. Hemm kien ikun hemm numru kbir ta’ kataletti li bil-mod il-mod kienu jispiccaw l-isptar t’Ghawdex.
Posted on: Fri, 18 Oct 2013 18:13:36 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015