William Chetcuti jghati l-ewwel medalja tad-deheb lil Malta - TopicsExpress



          

William Chetcuti jghati l-ewwel medalja tad-deheb lil Malta Charles Camenzuli minn Mersin, Turkija SPARAR : Fl-Erdemli Atis Poligonu , fid-double trap , fl-azzjoni William Chetcuti u Nathan Lee Xuereb. Success ghal WILLIAM CHETCUTI li b’wirja impekkabbli li tkompli tikkonferma l-potenzjal tieghu fid-double trap, fil-finali kontra Giovanni Barilla tal-Italja, Chetcuti mill-ahhar 30 plattina falla biss wahda biex hareg rebbieh 29 – 28. Gustifikati c-celebrazzjonijiet fi hdan il-kontingent Malti f’Mersin l-aktar wara illi l-President tal-KOM – Julian Pace Bonello pprezenta l-medalja tad-deheb lil Chetcuti. Ghal William Chetcuti din kienet it-tielet medalja mirbuha fejn wara dik tal-bronz fl-2005 f’Almeria u dik tal-fidda fl-2009 f’Pescara bir-rebh tal-medalja tad-deheb sar l-ewwel atleta Malti li qatt rebah medalja tad-deheb fil-Loghob tal-Mediterran mill-1951 ‘l hawn. Ir-rebh ta’ din il-medalja tkompli mas-serje gia mirbuha b’dik tal-bronz fl-isparar minn Emmanuel Chetcuti fl-1993 f’Languedoc, tal-fidda fil-maratona minn Carol Galea fl-1997 f’Bari u tal-bronz mit-tim tal-bocci fl-istess edizzjoni ghaz-zewg medalji l-ohra ta’ Chetcuti fl-2005 u fl-2009. It-triq sal finali kienet wahda difficli.Wara l-ewwel erba’ serje minn 30 kull wahda William Chetcuti laqat 29 ; 26 ; 29 u 29 . Fl-ahhar serje, Chetcuti laqat 24 ghal total ta’ 139 biex dahal ghal finali bl-istess ammont daqs Rammah tal-Marokk. Barilla (Italja) laqat 144, Gasperini (Italja) laqat 140 , Elias Kaadi (Lebanon) b’134 daqs Ilnam (Turkija) b’134. Eliminat mill-finali kien Sivrikaya tat-Turkija b’133. Nathan Lee Xuereb laqat serje ta’ 21 ; 26 ; 28 u 24 .Fl’ahhar serje laqat 24 ghal total ta’ 123 biex spicca fit-8 post qabel Mancini (San Marino), Daka (Albanija) u Akiki (Lebanon). Fil-finali bejn l-ewwel sitta fil-klassifika fuq 30 plattina William Chetcuti ma ddizappuntax falla biss tnejn biex bi 28 spicca fl-ewwel post qabel Barilla tal-Italja b’27 plattina u post fil-finali ghal medalja tad-deheb. Wara shoot-off bejn Gasperini, Rammah , Kaadi u Ilnam kien Illnam tat-Turkija illi rebah il-medalja tal-bronz Fil-finali ghal medalja tad-deheb tas-17 l-Edizzjoni tal-Loghob tal-Mediterran f’Mersin William Chetcuti laqat 29 minn 30 wahda aktar minn Giovanni Barilla tal-Italja, BOCCI : Mir-rebha ta’ 12 – 1 kontra Serbja, il-koppja Stefan u David Farrugia, fil-Mersin Bocce Salonu, sfaw meghluba 12 – 9 mill-Algerija. F’wahda mill-itwal partiti f’dan il-Grupp, wara li t-tim Malti fetah vantagg ta’ 4 – 0 bdiet ir-rimonta ta’ Foycal Allek u Bezzezouk Djilali fejn wara li fir-raba’ sessjoni ghamlu l-iskor 5 – 4 favurhom, sat tmien sessjoni kienu 9 – 5 fil-vantagg. Reazzjoni mit-tim Malti li fil-11 is-sessjoni naqqsu d-distakk ghal 9 – 8. L-Algerija marru 11-8 u 11-9 minn fuq sabiex f’mument meta bi tlett bocci favur it-tim Malti u wiehed stenna li Malta setghet kiseb punt jew aktar, inkredibilment kienu l-Algerija li kisbu l-punt mehtieg ghal-12 – 9. Ghoxrin minuta mit-telfa, mill-gdid fl-azzjoni Stefan Farrugia u David Farrugia din id-darba kontra Rached Souissi u Houssam Sayah Abudendara tal-Libja. Ebda storja f’partita li t-tim Malti rebah 12 – 4 fejn sal hames sessjoni kien gia 8 – 0 minn fuq fejn minkejja li sat-tmien sessjoni l-Libjani naqqsu d-distakjk ghal 9 – 4 , kienu l-koppja Maltija li hargu rebbieha 12 – 4 L-ahhar partita ghal Malta fil-Grupp kienet kontra l-Italja. Kontra Pasquale D’Altero u Diego Palcari, il-koppja Farrugia minkejja illi sfaw meghluba 12 – 1 mill-Italja ghaddew ghas-semi finali kontra San Marino. LOTTA : Fis-CNR Yenishehir Fuar Alani A Holti fic-centru ta’ Mersin, bdiet il-kompetizzjoni tal-Lotta bil-Malti Adam Vella fil-kategorija 60kg fit-tielet bout fil-programm tal-kwarti tal-finali safa meghlub minn Fatah Hamza tal-Marokk 0 – 3 u 0 – 7 . L-istess Hamza baqa’ tiela sal finali li tilef kontra Erehan Bakir tat-Turkija b’mod li fir-repercharge pogga lil Adam Vella fis-semi finali li l-Malti tilef 4 – 0 kontra Jason Redjalari ta’ Montenegro. Fil-klassifika Vella spicca qabel Yuiver Castillo ta’ Spanja u Antonio Tagliavia tal-Italja. ATLETIKA : L-avventura ta’ Rebecca Camilleri fl-atletika intemmet hesrem wara li kisret it-tibia b’mod li mhux se jkun possibbli ghaliha li tikkompeti f’dan il-Loghob.
Posted on: Wed, 26 Jun 2013 16:13:27 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015