Xoghol u Snajja Maltin ta’ Missirijietna. Bil-forġa u - TopicsExpress



          

Xoghol u Snajja Maltin ta’ Missirijietna. Bil-forġa u l-inkwina, bit-tnalja u l-mazza, il-ħaddieda sawwru minn għodod għall-bdiewa sa rimmijiet tal-karettuni. Kienu jsewwu oġġetti tal-ħadid ġeneralment użati mir-residenti tal-lokal. Il-ħiliet tagħhom Sa mill-antik,ħaddieda Għawdxin ħadmu oġġetti mill-ħadid u l-azzar skond il-bżonnijietta’ nies tas-sengħa jew inkella bżonnijiet fid-djar. Bl-morsa u l-lima serviet klijienti daqstant differenti bħat-taħħan, is-sarraġ,il-mastrudaxxa u l-bennej. Mill-azzar, il-ħaddied ttempra xfafar ta’ mnanar,skieken, u wċuħ ta’ l-imrietel. Uħud mill-oġġetti li kien jagħmel il-ħaddied kienu, sikek tal-ħart u mgħażaq, ċappetti tal-bibien u spanjoletti tat-twieqi,serraturi u mfietaħ, ktajjen, skieken, imsiemer, għodda, nagħal taż-żwiemel,ganċijiet, partijiet tal-karettuni, borom, taġnijiet, u kaldaruni.
Posted on: Mon, 14 Oct 2013 20:08:41 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015