X’ħabbar il-Gvern matul din il-Ġimgħa : 23 ta’ Awwissu - TopicsExpress



          

X’ħabbar il-Gvern matul din il-Ġimgħa : 23 ta’ Awwissu 2013- 30 ta’ Awwissu 2013 Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura nkariga lir-regolatur, Transport Malta, biex taħtar Kummissjoni ta’ esperti tekniċi biex tinvestiga x’ġara fil-każ ta’ inċidenti li nħolqu ta’nirien fuq karozzi tal-Arriva, b’mod partikolari jekk l-inċidenti humiex relatati. Sospensjoni tal-Bendy Buses – Fis-Sigħat li għaddew il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi flimkien mac-Chairman ta’ TM kellhom laqgħa mal-Managment tal-Arriva. L-Arriva kienu nfurmati illi sal-lejla s-servizz bil-bendy buses għandu jkun sospiż. L-Arriva qablet ma’ dan. Kien maħluq ftehim sabiex minn għada (L-Erbgħa 28 ta’ Awwissu 2013) l-Operatur privat UBS Unsheduled Bus Services jidħlu flimkien mal-Arriva biex joperaw rotot li se jkunu affettwati mid-deċiżjoni tat-ttieħed iktar qabel. L-Ispejjeż huma a karigu tal-Arriva. Żewġ uffiċjali tal-ħabs jinstabu pożittivi għat-test tal-urina wara testijiet li ġew ordnati mill-Ministeru. Sottomessi 49 espressjoni ta’ interess għall-provizjoni ta’ Faċilitajiet għall-Anzjani li jkunu jeħtieġu kura fit-tul – Is-Sottomissjonijiet kienu jvarjaw minn proposti għal residenzi ġodda għal oħrajn li jirrigwardjaw konverzjoni ta’ strutturi ezistenti. Is-Segretarju Parlamentari Jose Herrera ta struzzjonijiet lid-Direttur tad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali sabiex b’effett immedjat jagħti direzzjoni lill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar sabiex jirrevoka id-deċiżjoni dwar għoti ta’ Kuntratt lill-Kunsillier. Kundanna għall-isfreġju li għadu għaddej fuq is-siġar – Il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima jikkundana u jiddeplora l-isfreġju li għadu għaddej fuq is-siġar. Il-Pożizzjoni tal-Ministeru ilha li saret magħrufa mhux biss lill-pubbliku nġenerali iżda lill-istakeholders kollha Taħdidiet bejn Malta u l-Libja għal kollaborazzjoni fis-settur Turistiku bl-għajnuna tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi – Il-Ministru għat-Turiżmu l-Onor. Karmenu Vella jiddeskrivi ż-żjara tal-Ministru għat-Turiżmu tal-Libja u tad-delegazzjoni Libjana bħala pożittiva ħafna Il-Gvern Malti huwa xxukjat u maħsud bl-aħħar ġrajjiet li seħħew fis-Sirja Imħabbra l-attivitajiet mill-Kumitat Festi Nazzjonali fl-Okkazzjoni tal-Festa Nazzjonali tal-Vittorja NOTA : Matul din il-Ġimgħa beda s-smiegħ tal-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi fejn quddiem dan il-Kumitat deher l-Awditur Ġenerali. Fost il-punti saljenti li ħarġu mill-laqgħa kien hemm; i) L-Attakk fuq l-integrita u s-serjeta tar-Rapport li ħareġ mill-Uffiċċju tal-Awditur mill-Membri tal-Opożizzjoni xi ħaġa li ġibed l-attenzjoni tagħha l-awditur innifsu ii) il-Kumpanija TOTSA li qed tkun investigata fl-Iskandlu tax-Xiri taż-Żejt ħadet 9 kuntratti minn 11 iii) Kien ikkonfermata mill-istaff tal-Awditur li la kien hemm dokumentazzjoni jew minuti ħlief tħażiż u lanqas policy ta’ kif jinxtara ż-żejt iv) L-Intervent Ministerjali sewwa lill-kaxxa ta’ Malta telf ta’ €3 miljun f’sena waħda biss filwaqt li l-istess Awditur saħaq li Austin Gatt qatt ma messu ta’ direzzjoni dwar ix-xiri taż-żejt meta kien hemm kumitat responsabbli minn hekk v) Ma kinux mibdula l-passwords ta’ e-mejls kunfidenzjali waqt li jkun hemm kuntratt li ser jingħata
Posted on: Fri, 30 Aug 2013 14:17:15 +0000

Trending Topics



ody" style="min-height:30px;">
STAND IN THE LIGHT DURING LENT Imagine looking up to the sky and

Recently Viewed Topics




© 2015