X’ħabbar il-Gvern matul din il-Ġimgħa : 26 ta’ Lulju 2013- - TopicsExpress



          

X’ħabbar il-Gvern matul din il-Ġimgħa : 26 ta’ Lulju 2013- 2 ta’ Awwissu 2013 • Il-Core group tal-MEUSAC jiddiskuti proposti tal-UE biex tiġġieled il-qgħad fost iż-żgħażagħ • Skema ta’ parkeġġ fin-Naxxar mhux se titkompla minħabba inkonvenjent li ħolqot • Sejħa għall-expression of Interest għall-Private Public Partnership għad-disinn, kostruzzjoni u operazzjoni ta’ Marine Hatchery • Imnedija l-website l-ġdida tal-Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u t-tnaqqis tal-burokrazija. Il-Website hija simplification.gov.mt – fiha jistgħu ssiru suġġerimenti miċ-Ċittadini, persuni li jinsabu fis-settur tan-negozju u persuni li jaħdmu fiċ-Ċivil • Il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura jiddikjara li d-diskussjoni hija miftuħa għal kulħadd, inkluż il-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema. Transport Malta qed tagħmel studju dwar sistemi differenti ta’ parkeġġ bbiex tkun f’pożizzjoni li tfassal politika adattata għaċ-ċirkostanzi ta’ Malta. L-Ebda Kunsill Lokali mhu ‘il fuq mill-liġi • Issir l-ewwel laqgħa tal-Kunsill Konsultattiv għall-industrija tal-Bini (BICC). Il-Konsultattiv għall-Industrija tal-Bini jinkludi fih entitajiet interessati fl-Industrija tal-Kostruzzjoni u huma mmexxi mill-Perit Charles Buhagiar. • Deċiżjonijiet f’waqthom wara Marzu 2013 wittew it-triq fuq ix-Xogħlijiet ta’ restawrazzjoni u rijabilitazzjoni taċ-Ċittadella ġewwa l-gżira t’Għawdex. • Se jitneħħa saqaf tal-asbestos li hu ta’ detriment għall-ħaddiema tal-awtorita’ Maltija għall-kompetizzjoni u l-affarijiet tal-Konsumatur. • Irridu nagħtu l-opportunita’ lil tfal li qegħdin f’out of home care li jiġu adottati • Ir-Rapport tal-Management Efficiency Unit dwar il-park tal-familja f’Marsaskala. Nuqqasijiet serji, ġrajja ta’ tberbieq bl-addoċċ, Direct Orders u ksur tar-regolamenti finanzjarji fejn mhux esklużi abbużi. • Ir-Riforma Ħolistika fil-qasam tal-Ġustizzja: Preżentazzjoni tat-tieni dokument għall-kunsultazzjoni pubblika. Dokument jista jiġi moqri fuq krhg.gov.mt • Accuvein devices donated to matter Mater Dei Hospital by Soroptimist The Medical devices donated today ‘light up’ the children’s veins and make it much easier for doctors and nurses to insert needles into the veins • Dwar il-parkeġġ ikkontrollat f’Tas-Sliema, il-Ministeru tat-Trasport jiċċara li mhux minnu li l-Gvern issospenda l-iskema tal-parkeġġ għar-residenti bla konsultazzjoni tant li dan is-suġġett kien diskuss waqt iż-żjara tal-Ministru Joe Mizzi fil-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema • Konferenza dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea • Public Consultation launched on College line-ups and school uniforms. • Jinbeda l-proċess ta’ tfassil ta’ politika Nazzjonali Ġdida għaż-żgħażagħ • Jitlesta l-intervent infrastrutturali fuq Għar Lapsi biex jitneħħa l-periklu. Ix-Xogħol jinkludi t-tqegħid ta’ xibka speċjali biex toffri protezzjoni għal kull min jgħaddi minn dawk l-inħawi u biex jiġi evitat li aktar blat jaqa’ għal isfel • Talba biex ir-regolatur iniedi qafas ġdid sal-aħħar tas-sena ta’ kif jitfasslu l-prezzijiet tal-gass biex ikun hemm aktar stabbilita’. Il-Gvern huwa diżappuntat biż-żidiet imħabbra fil-prezz tal-gass taċ-ċilindri. • Proġett Nazzjonali għat-taffija tal-Għargħar. Il-Proġett Nazzjonali għat-taffija tal-Għargħar b’kollox jinvolvi investiment ta madwat €57 miljunu jinkludi l-kostruzzjoni ta’ 16 –il km ta’mini • Inawgurati 10 karozzi ġodda għall-protezzjoni Ċivili. Bżonn ta’ investiment ta’ madwar €8miljun biex tinbidel il-flotta tal-emerġenza • Approvat il-permess għal proġett tal-Kappara Junction • Kampanja bi tħejjija għal Car Free Day • Ix-Xogħol fuq il-proġett ta’ Bormla miexi skont il-pjanijiet
Posted on: Sat, 03 Aug 2013 02:26:17 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015