mesa red President: Mark Marlow Secretary: - TopicsExpress



          

mesa red President: Mark Marlow Secretary: Mario Saliba Treasurer: Kevin Mifsud Korrispondenza: Is-Segretarju, c/o 7, Moreska, Triq is-Swieqi, Siggiewi Tel. No. 21467772/99461698 10 ta’ Novembru 2013 TOURNAMENTS TAL-FOOTBALL B’RISQ L-ISTRINA 2013 Il-Malta Employees Sports Association din is-sena wkoll se torganizza tournaments tal-football b’risq l-Istrina 2013. Fil-fatt se terġa’ torganizza Tournament tal-Football tan-Nisa u Tournament tal-Football għall-Irġiel li għalqu 40 sena. Dan it-Tournament maskili sas-sena li għaddiet kien isir għal players li għalqu l-35 sena, imma minħabba l-fatt li ħafna players li qabżu l-35 sena għadhom jieħdu sehem fuq bażi regolari fil-Kampjonat tal-Football li norganizzaw, din is-sena ġie deċiż li l-eta’ għal dan it-Tournament għandha titla’ għal 40 sena. Bħas-sentejn li għaddew il-ħlas ta’ parteċipazzjoni f’dawn it-Tournaments se tkun ta’ €50 kull team, bid-dħul kollu jmur għall-Istrina. Novita’ fit-Tournament ta’ l-Irġiel din is-sena se tkun illi se jieħdu sehem timijiet iffurmati minn żgħażagħ bi bżonnijiet speċjali membri ta’ Special Olympics Malta. L-iskop huwa li dawn iż-żgħażagħ intuhom iċ-ċans li jintegraw fis-soċjeta’ permezz ta’ attivita’ li l-għan ewlieni tagħha huwa li ngħinu lil min hu fil-bżonn permezz ta’ l-Istrina. It-Tournaments se jintlagħbu fuq bażi ta’ 5-a-side u kull team jista’ jkun iffurmat minn massimu ta’ 10 players bis-sistema tal-flying substitutes. It-Tournaments huma ppjanati li jintlagħbu f’nofs Diċembru, imma aktar dettalji dwar id-dati eżatti u fejn se jintlagħbu jitħabbru aktar ‘il quddiem. Inħeġġu lid-delegati tat-timijiet fil-MESA sabiex jagħmlu sforz u jipparteċipaw bis-sħiħ f’dawn it-Tournaments, li l-għan tagħhom mhuwiex ir-rebħ ta’ unuri imma li wieħed jagħti s-sehem tiegħu jew tagħha għal għan nobbli. BADMINTON – ORGANIZZATI B’SUĊĊESS TLIET TOURNAMENTS F’ĦAL KIRKOP Bħala parti mill-programm ta’ attivitajiet sportivi magħrufa bħala Now We Move organizzati taħt l-awspiċi tal-Kunsill Malti għall-Isport, il-MESA organizzat tliet Tournaments tal-Badminton fil-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop li fihom ħadu sehem 15-il player minn seba’ entitajiet differenti. Kien hemm 13-il player li ħadu sehem f’Singles Tournament waqt li żdiedu żewġ players oħra biex ħadu sehem f’żewġ Tournaments tad-Doubles. It-Tournament tas-Singles kien maqsum f’żewġ kategoriji bir-rebbieħa jkunu: Grupp A – 1. Stephen Ferrante (GO); 2. Robert Salomone (Universita’) Grupp B – 1. Joanne Cassar (HSBC); 2. Jesmond Galea (OPM) Doubles Tournament – 1. Stephen Ferrante (GO)/Robert Salomone (Universita’); 2. Edmond Abela (Air Malta)/Kenneth Vella (Health) Mixed Doubles – 1. Edmond Abela (Air Malta)/Joanne Cassar (HSBC); 2. Robert Salomone (Universita’)/Denise Casolani (Air Malta) Il-MESA tieħu l-okkażjoni biex tirringrazzja lil Edmond Abela kif ukoll lill-Badminton Association għall-inizjattiva li ħadu sabiex setgħu jiġu organizzati dawn it-Tournaments. Mario Saliba Segretarju
Posted on: Tue, 12 Nov 2013 18:19:35 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015