Ħames karozza ġarbu ħsarat estensivi meta sfratta żiemel - TopicsExpress



          

Ħames karozza ġarbu ħsarat estensivi meta sfratta żiemel marbut ma’ karozzin. Minn stħarriġ preliminari jirriżulta li ż-żiemel, li sofra xi ġrieħi fl-inċident, kien marbut ma’ pilastru ta’ tinda tal-karozzini meta sfratta. Għalkemm il-kuċċier, ta’ 35 sena, residenti Birkirkara, pprova jżommu, qatta’ ċ-ċinga li kien marbut biha u ħarab. Mifxul, iż-żiemel daħal ġo Opel Corsa misjuqa minn raġel ta’ 59 sena u residenti San Pawl il-Baħar, li konsegwentament ħabat ma’ Renault Megane li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 48 sena u residenti il-Fgura. Iż-żiemel imbagħad żelaq u tkaxkar ġo Nissan Primera misjuqa minn raġel ta’ 38 sena u residenti Ħaż-Żebbuġ, qabel ma ġera bejn żewġ karozzi pparkjati, Toyota Vitz u Mercedes Benz C220, fejn waqa’ u kien miżmum.
Posted on: Mon, 16 Sep 2013 15:05:31 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015