Fit-Taxi - Ilbieraħ Doris kienet riekba fuq wara ta’ Taxi - TopicsExpress



          

Fit-Taxi - Ilbieraħ Doris kienet riekba fuq wara ta’ Taxi minn San Ġiljan għall-Belt. Kienu qed isuqu fis-skiet sakemm ħin minnhom mielet ’il quddiem u biex tistaqsi xi ħaġa lix-xufier messitu kemxejn fuq spallejh biex tiġbidlu l-attenzjoni. F’daqqa waħda x-xufier beda jgħajjat u jwerżaq kemm jiflaħ, tilef il-kontroll tal-karozza u kważi daħal fuq xarabank, beda jdawwar ’l hemm u ’l hawn jipprova jżomm il-karozza u rnexxielu jwaqqafha ftit pulzieri ’l bogħod minn vetrina daqsiex. Għal ftit mumenti fil-karozza kollox kien ħiemed mill-ġdid. Imbagħad ix-xufier, għadu mriegħed bix-xokk li ħa, qal, “Inti kollox sew, sinjura? Skużani li werwirtek imma meta missejtni qtajtli għaxar snin minn ħajti bil-qata’ li tajtni.” Doris, imriegħda daqsu, weġbitu, “Skużani, ma rrealizzajtx li għax missejtlek kemm kemm spalltek kellek tinħasad daqshekk!” U x-xufier tat-taxxi qalilha, “Le, le, it-tort kollu tiegħi, sinjura. Ifhem, illum l-ewwel ġurnata li qed insuq Taxi wara ħamsa u għoxrin sena nsuq karozza tal-mejtin!”
Posted on: Thu, 05 Jun 2014 07:02:28 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015