Il-Partit Nazzjonalista jipprova jiġbor flus mitlufin u - TopicsExpress



          

Il-Partit Nazzjonalista jipprova jiġbor flus mitlufin u preskritti Il-Kunsill Lokali tan-Nadur X’hemm komuni fl-istorja tal-Kunsill Lokali tan-Nadur u l-ammi­nist­­razzjoni l-ġdida tal-Partit Nazzjonalista? Bejn it-13 ta’ Marzu, 1999 u t-tmiem tal-ħa­mes leġislatura tal-Kunsill, fl-2008, Dr Chris Said kien Sindku ta’ dan il-Kunsill. Illum Dr Said huwa s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista. Illum ukoll, fl-istess Kunsill Lo­ka­li hemm fil-kariga ta’ Sindku, is-Sur Charles Said, li jiġi ħu Dr Chris Said. Sa hawn ma ġara xejn u ma nara xejn stramb. Anzi, hija xi ħaġa demokratika u riżultat ta’ dak li riedu n-nies f’dan il-lokal. Però tul dawn l-aħħar ġim­għat u allura meta Dr Said hu s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, il-Kunsill Lokali tan-Nadur irċieva mingħand il-kumpanija Media.Link Com­mu­nications tal-PN fattura ta’ xogħ­ol li kien sar proprju meta Dr Said kien Sindku ta’ dan il-Kunsill. Id-dati li jidhru fuq din il-fattura ta’ meta sar ix-xogħol imorru lura għas-snin 2001 u 2005. Id-data tal-fattura hija 3 ta’ Lulju, 2013, 12-il sena wara!! Apparti l-fatt li din il-fattura hija preskritta u m’għandhiex titħallas mill-Kunsill minħabba li hija preskritta, hemm ukoll diversi fatturi li wieħed irid isem­mi u li jqanqlu ċertu dubji kemm l-affarijiet fil-Kunsill Lokali tan-Nadur qegħdin isiru kif għandu jkun. Nibdew l-ewwel mill-fatt tad-data tal-fattura. Jista’ xi ħadd mill-Partit Nazzjonalista jispjega kif fi 12-il sena qatt ma ntbgħat ‘statement of account’ lill-Kunsill Lokali tan-Nadur? Jista’ jagħti l-każ li l-fattura ntbgħatet lura fis-sena 2001 iżda l-Kunsill qatt ma ħallasha? Jista’ jkun li x-xogħol qatt ma sar? Min se jiċċertifika li x-xogħol sar? Min se jiftakar x’ordna mingħand l-istamperija tal-Partit Nazzjona­lis­ta l-Kunsill Lokali? Dan hu l-mod li l-Partit Nazzjonalista se jipprova jġib fuq saqajhom il-fi­nanzi tiegħu, billi jibgħat fatturi li huma preskritti biex jitħallsu? Din hi s-serjetà li kienu jim­xu biha tal-Partit Nazzjonalista u min kien jieħu ħsieb il-finanzi tagħhom? Mhux ta’ b’xejn li jin­sabu fejn jinsabu!! Però l-iktar ħaġa li tħassibni f’dan kollu hija parti minn estratt tal-minuti tal-Kunsill fejn il-Kunsilliera Rita Mifsud tgħid li “…kif dejjem għamel il-Kunsill jekk il-Kunsill ħa servizz jew materjal għandu jħallas tie­għu irrispettivament mid-data tal-kont.” X’qed tgħid Rita Mifsud li din mhix l-ewwel darba li l-Kunsill tan-Nadur irċieva fatturi ta’ xogħol li jkun ilu li sar? Dan li jfisser dak li qiegħda tgħid fil-minuti, liema minuti huma miktubin mis-Segretarju Eżekut­tiv u approvati mill-Kunsill li ġieli sar hekk qabel? Qiegħda tgħid li l-Kunsill ġieli ħallas kontijiet preskritti fil-passat? Jekk skont is-Segretarju Eże­kut­tiv innifisha, minn dak li kit­bet fil-minuti, ġieli ġara hekk, (ma ċaħditx dak li qalet il-Kuinsilliera Rita Mifsud), tista’ tagħti rendikont ta’ dawn il-fatturi, x’kien ix-xogħol jew servizz li nxtara u m’għand min? Tista’ tgħid ukoll wara kemm żmien wasslu l-fatturi għand il-Kunsill u wara kemm tħallsu? Tista’ tgħidilna wkoll kif hi se tivverifika jekk ix-xogħol imsemmi fil-fattura tal-Media.Link Communications ef­fettivament x’kien u kienx veru sar? Skont is-sit elettroniku tal-Kunsill, Rita Mifsud Attard kienet Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali tan-Nadur fid-data li qiegħed jiġi allegat li sar ix-xogħol minn Media.Link Communicatiions. Allura minn dak iż-żmien sa Lulju ta’ din is-sena, Rita Mifsud Attard ma ntebħitx li għal snin sħaħ kellha Purchase Request Sheet li magħha ma kellhiex fat­­tura u li allura din kienet għadha pendenti? Mill-minuti jidher ukoll li l-istatement provdut lanqas biss kien oriġinali għax jingħad li se “tinġieb kopja ta’ wieħed oriġinali.” Domanda oħra li tqum u nagħ­laq biha hi: possibbli li f’Għawdex ma kienx hemm min jagħmel dan ix-xogħol lill-Kunsill? Kien hemm bżonn li dan jingħata lill-Media.Link Com­munications b’kumbi­nazz­­joni? Naħseb għalxejn nistaqsi jekk intalbux kwotazzjonijiet għax jgħiduli li l-ammont jippermetti li tingħata ‘direct order’!! U tal-aħħar: is-Segretarju Eże­kuttiv, qabel tħallas il-flus mitlubin, se tieħu parir legali biex tara jekk din il-fattura hiex fil-verità preskritta u allura mhux dovuta?
Posted on: Fri, 13 Sep 2013 13:11:07 +0000

Trending Topics



in-height:30px;"> PERMISSION TO POST EMGOLDEX PHILIPPINES KAILAN PA TAYO

Recently Viewed Topics




© 2015