Nistgħu Ma Niktbux il-Veru? Għada s-Sibt, 26 ta Ottubru, se - TopicsExpress



          

Nistgħu Ma Niktbux il-Veru? Għada s-Sibt, 26 ta Ottubru, se ssir il-Konferenza Juann Mamo, mid-9.00am sal-5.00pm, fl-Auditorium tal-Valletta Campus (l-Università l-qadima), Triq San Pawl, il-Belt. It-tieni sular. Hemm lift mil-livell tat-triq (tagħfas nru. 2). Dħul bxejn. Miftuħa għal kulħadd. Filgħodu jkun hemm waqfa għall-kafè. L-ikel fis-1.00pm. Bla ħlas. Organizzata mid-Dipartiment tal-Malti tal-Università bl-appoġġ tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol. Ftuħ mill-Ministru Evarist Bartolo u mill-Pro-Rettur tal-Università, il-Prof. Joe Friggieri. Dawk li ma jistgħux jattendu l-konferenza kollha jistgħu jattendu partijiet minnha. Mhemmx bżonn ta reġistrazzjoni minn qabel. It-tliet kotba tas-Sensiela Juann Mamo (SKS Publishers), Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka, il-Persunaġġi li jissemmew fih, u l-Poeżiji ta Juann Mamo, se jkunu għall-bejgħ bil-prezz speċjali ta €20. It-tliet kotba jiġu fkaxxa apposta. Qed nehmeż il-programm dettaljat u l-poster tal-Konferenza. Issibu kollox fuq is-sit juannmamo.wordpress/ u fuq il-Facebook, https://facebook/events/422058164578347/?source=1 Saħħiet Adrian Grima
Posted on: Fri, 25 Oct 2013 09:23:10 +0000

Trending Topics



Recently Viewed Topics




© 2015